IS-SEJĦA PUBBLIKA TA’ ESPRESSJONI TA’ INTERESS GĦALL-ENERGY SUPPLY AGREEMENT SE TOĦROG FIL-ĦDAX T’APRIL
Waqt żjara f’Delimara, il-Ministru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma l-Onorevoli Konrad Mizzi ħabbar li s-sejħa pubblika t’espressjoni ta’ interess ghall-Energy Supply Agreement li permezz tieghu l-Enemalta tkun qed tixtri l-elettriku u l-gass, se toħroġ fil-11 t’April li ġej.
L-Onorevoli Mizzi qal li ġie mmobilizzat team bl-esperti tekniċi meħtiega biex jitwettaq dan il-progett.
Il-Ministru qal li l-mira tal-gvern hija li sal-aħħar ta’ Settembru ikun iffirmat il-kuntratt mal-operatur privat li jkun magħzul permezz ta’ proċess kompetittiv. Dan filwaqt li fil-jiem li ġejjin, is-sejħa t’espressjoni ta’ interess, se tkun ippubblikata wkoll f’websites u gazzetti internazzjonali bil-għan li tilħaq firxa akbar ta’ stakeholders interessati.
Qal li dan il-pass li jagħti bidu għall-bini tal-impjant il-ġdid li jaħdem bil-gass, juri kemm dan il-gvern ġdid huwa kommess li jwettaq dak imwiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali skont il-mandat tal-poplu Malti u Għawdxi.
L-Onorevoli Mizzi qal li bl-investiment f’ tekonoloġija ġdida li taħdem bil-gass, titjieb il-kwalita’ tal-arja u nkunu qed niġġeneraw l-enerġija b’mod orħos. Dan iwassal biex jorħsu wkoll il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-konsumaturi.
Qal li l-Gvern huwa kommess li jibda jħaddem il-powerstation tal-BWSC bil-gass, li fil-preżent taħdem bil-Heavy Fuel Oil, l-iktar żejt li jniġġez u li jonora l-obbligi ghall-għeluq tal-Powerstation tal-Marsa kif ukoll ta’ Phase 1 f’Delimara.
Qal li dan huwa kollu parti mill-pjan tal-gvern biex pajjiżna jkollu Energy Mix li twassal ukoll għal sigurta’ u provvista tal-elettriku sostenibbli.
Matul din iż-zjara, l-Onorevoli Mizzi kien milqugħ mic-Chairman tal-Enemalta Louis Giordimaina, Peter Grima Executive Head Generation u mill- Inġinier u Manager tal-generazzjoni f’Delimara Jesmond Drago.
Waqt iż-żjara, huwa ltaqa’ ma’ diversi ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en