AUDIT DWAR IR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAULE – GĦALIEX IR-RESIDENTI JIXIRQILHOM ESPERJENZA TA’ LONG-TERM CARE
Meta dalgħodu l-Ministru l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Franco Mercieca kienu qed jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet f’San Vincenz de Paule, ħabbru li l-Gvern se jkun qed jagħmel audit dwar din ir-residenza.
L-Onor. Coleiro Preca sostniet li jeżistu prattiċi f’San Vincenz de Paule li l-Gvern ma jaqbilx magħhom, fosthom in-nuqqas ta’ protokol fl-Admissions Board, nuqqas ta’ igene fil-kċina, il-kwalita’ tal-ikel, it-trasport u l-attivitajiet f’din ir-residenza.
Nuqqasijiet, qalet Coleiro Preca, li lkoll kienu elenkati f’rapport li kien għamel l-Awditur Ġenerali f’Mejju tal-2005 dwar SVPR, u li għadhom hemm sal-lum.
F’dan l-audit se jsiru wkoll mistoqsijiet lill-ħaddiema, lir-residenti u lill-qraba tagħhom bil-għan li l-istakeholders kollha jkunu nvoluti f’dan il-proċess.
Minbarra l-audit, il-Ministru Coleiro Preca ħabbret li l-Membru Parlamentari l-Onor. Anthony Agius Decelis se jkun Konsulent fuq l-Anzjani, bl-uffiċju jkun fir-residenza stess.
Dan kollu, qalet il-Ministru, se jkun qed jagħmel parti minn politika ħolistika li tiggarantixxi kura ta’ kwalita’, fejn l-anzjanita’ ma tkunx l-aħħar fażi tal-ħajja, iżda esperjenza ta’ long-term care.
Minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Franco Mercieca qal li l-Gvern se jkun qiegħed jinvestiga d-dejn ta’ ħdax-il Miljun Ewro li wiret mill-Gvern preċedenti fil-qasam tal-anzjani.
Saħaq li dan l-audit se jkun qed jagħti stampa ċara tas-sitwazzjoni preżenti f’San Vincenz de Paule u sussegwentament iservi ta’ gwida għall-Gvern biex jiehu azzjoni fuq dawn in-nuqqasijiet.
Ewlenin fost il-prijoritajiet hija l-lista ta’ stennija, saħaq l-Onor. Mercieca, li dan il-Gvern huwa kommess li jindirizza.
Temm jgħid li b’uffiċċju f’San Vincenz de Paule stess, il-Gvern se jkun fil-qalb ta’ ħidmet ir-residenza bil-għan li jagħraf aħjar u jindirizza l-isfidi tar-residenza.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en