‘Il-GVERN SE JIKKONSULTA MAL-KUNSILLI LOKALI DWAR INIZJATTIVI GĦALL-IMMANIĠĠJAR TA’ PARKS U AFFORESTAZZJONI’ – Il-MINISTRU LEO BRINCAT
Meta dalgħodu kien qiegħed iżur il-Park Nazzjonali ġewwa Ta’ Qali, kif ukoll l-Ewropa Grove u t-34U Grove, il-Ministru Leo Brincat qal li se jkun qiegħed jikkonsulta mal-Kunsilli Lokali dwar inizjattivi li jistgħu jittieħdu fuq livell lokali għall-immaniġġjar ta’ parks u afforestazzjoni.
Il-Ministru Leo Brincat qal li jrid jiżgura li l-proġetti għas-snin 2013-2016 jiġu implimentati bl-aktar mod professjonali. Qal li dak kollu li sar tajjeb ser jinżamm u dak li jinħtieg ftit tibdil ser jiġi modifikat. Il-Ministru Brincat qal li każi bħal dak tal-Family Park f’Wied il-Għajn fejn hemm operational issues, ser jiġu indirizzati fil-fond.
II-Ministru Leo Brincat qal ukoll li l-parks u l-afforestazzjoni jridu jitħaddmu id f’id, kemm fuq skala lokali u nazzjonali. Qal li jixtieq li jissaħħu l-istrutturi maniġerjali kif jitmexxew il-parks, bl-iskop li jiġi massimizzat l-użu u l-benefiċċju tagħhom u b’hekk il-pubbliku jgawdihom aħjar.
Fl-istess ħin sostna l-Ministru, jixtieq li l-ħaddiema li jagħmlu x-xogħolijiet ikunu motivati kemm jista’ jkun permezz ta’ deployment xieraq, effettiv u effiċjenti.
Il-Ministru Brincat ħabbar li fuq livell parallel waqqaf kumitat ad hoc konsultattiv dwar l-afforestazzjoni u s-siġar biex titfassal strateġija ġdida f’dan il-qasam.
Qal li b’dan il-mod mhux biss jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet f’dan is-settur iżda wkoll b’mod prattiku titrażżan il-qerda llegali ta’ ħafna siġar u pjanti indiġeni f’zoni urbani, kif ukoll l-iżbir bla rażan u nsensat ta’ siġar maturi.
B’konsegwenza t’hekk dawn is-siġar ħafna drabi qed jiġu mibdula b’siġar impurtati u kif ukoll qed joktor l-użu kummerċjali u illegali tagħhhom għall-użu fil-fire places permezz ta’ fire wood.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en