Left arrow Go Back

L-ISCOREBOARD TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR IL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA JKABBAR IR-RIEDA TAL-GVERN GĦAL RIFORMA EFFETTIVA

PR0500
Date Icon 30/03/2013

Ir-riżultati inkwetanti ferm li kiseb pajjiżna f’diversi oqsma kruċjali fl-istudju tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Ġustizzja (EU Justice Scoreboard) ikabbru u jsaħħu r-rieda tal-Gvern għal riforma effettiva u fil-hin f’dan il-qasam.
Waqt li l-Gvern jirrikonoxxi  li wħud mill-aspetti tas-sistema tagħna jipparagonaw tajjeb ma’ pajjiżi Ewropej oħra, fl-istess ħin il-Gvern jemmen li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, id-demokrazija nnifisha u s-settur tan-negozju u l-investiment urġentement jixirqilhom sistema ġudizzjarja ferm aġjar, iktar effiċjenti u li titfa’ lil pajjiżna fost il-pajjiżi ta’ quddiem nett fl-Unjoni Ewropea.

Biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem u jkabbar il-ġid, ma jistax ikun li jiġi fl-aħħar postijiet fejn jidħol iż-żmien li jittieħed biex jigu risolti l-kawżi u r-rata li biha jinqatgħu l-kawżi.

Bl-istess mod pajjiżna ma jaffordjax li jkollu riżultati daqstant negattivi f’oqsma fundamentali bhall-faċilita’ ta’ informazzjoni dwar moniteraġġ u evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Qrati u l-ammont ta’ riżorsi li jingħataw lill-Qrati tal-Ġustizzja mill-budget tal-Gvern.

Il-Gvern jemmen li fis-settur tal-ġustizzja m’għadx għandna l-lussu li naraw jekk għandniex ninbidlu jew nibqgħu kif aħna.  Ninsabu f’pożizzjoni bħala pajjiż li m’għandniex għażla oħra għajr li nirriformaw u ninbidlu għall-aħjar.
Konxju minn din ir-realta’, il-Ħadd li għadda l-Gvern ħabbar it-twaqqif tal-Kummissjoni għal Reviżjoni Ħolistika fil-qasam tal-Ġustizzja mmexxija mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello li b’mod spedit, fit-timeframes diġa’ indikati u wara konsultazzjoni pubblika wiesa’ għandha tagħmel review tas-sistema ġudizzjarja.  

Il-Gvern kommess li  jimplimenta l-punti ewlenin tar-riforma skont kif maħsuba fir-review tal-Kummissjoni qabel tmiem l-aħħar tas-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow