Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr0499
Date Icon 29/03/2013

B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista, il-Ministeru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma jirreferi mill-ġdid għall-istqarrija maħruġa dalgħodu b’rabta mal-permess għall-interconnector.

L-Amministrazzjoni preċedenti ħbiet diversi problemi marbuta mal-proġett tal-Interconnector li issa l-gvern ġdid qed ikollu jaffaċċja hu.

In-nuqqas ta’ onesta tal-istess amministrazzjoni preċedenti wasslet biex l-ispejjeż u ż-żmien li fih irid isir dan il-proġett qed jgħaddu minn proċess ta’ review. Diġa irrizulta li l-istima ta’ kemm se jiswa dan il-proġett kienet se tmur żmerċ sa’ sitta u għoxrin miljun ewro.

Il-Gvern ifakkar ukoll li l-kumpens ambjentali kif mifthiem mill-gvern preċedenti bejn l-Enemalta, il-Proviċja ta’ Ragusa u l-Komun ta’ Ragusa huwa  ta’ ħames mitt elf ewro u sitt mitt elf ewro rispettivament.

Il-Ministeru mill-ġdid jirringrazzja lill-Awtoritajiet Taljani u lill-Gvern Taljan tal-kollaborazzjoni tagħhom ma’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow