WIRJA FUQ IL-ĠIMGĦA L-KBIRA F’MALTA ĠEWWA ISTANBUL
Għall-Ġimgħa Mqaddsa 2013, il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija organizza Wirja ta’ Ritratti fuq il-kommemorazzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ġewwa Malta. Din il-wirja hija miftuħa għall-pubbliku. Il-Konslu Ġenerali Reuben Gauci u l-familja tiegħu invitaw membri tal-Kommunita` Maltija residenti ġewwa Istanbul sabiex jaraw il-wirja. Żaru ukoll din il-wirja l-Isqof Kattoliku ta’ Istanbul l-E.T. Louis Pelatre u r-Rappreżentant tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija l-E.T. Mehmet Dönmez.
Din il-wirja kienet tikkonsisti f’ ritratti ta’ purċissjonjiet varji madwar Malta. Il-viżitaturi (Nsara u Musulmani) li żaru l-Knisja ta’ Santa Maria matul il-Ġimgħa Mqaddsa setgħu jisimgħu Marċi Funebri Maltin fl-isfond. Il-Knisja ta’ Santa Maria hija mmexxija mill-patrijiet Franġiskani Minuri magħrufa bħala ta’ Ġieżu`. Din il-Knisja tinsab fil-Vjal ċentrali ta’ Istanbul magħruf bħala Istiklal Caddesi.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en