Left arrow Go Back

L-ONOR. JOSE’ HERRERA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U GVERN LOKALI, INIEDI L-MALTA ARTS FESTIVAL

pr0484
Date Icon 28/03/2013

Ser jitwaqqaf Cultural Policy Advisory Group

Meta kien qed jindirizza t-tnedija tat-8 edizzjoni tal-Malta Arts Festival, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura, l-Onor. Jose’ Herrera, ħabbar it-twaqqif ta’ Cultural Policy Advisory Group.

Huwa qal li dan il-grupp ser jaħdem biex jgħolli l-profil tal-kultura, l-artisti u t-talent lokali. Huwa qal li dan il-grupp ser ikun qed jistudja x'mar tajjeb u x’mar ħażin fl-aħħar snin fil-qasam tal-kultura.  Dr. Herrera sostna li l-grupp ser jagħmel review ta’ kif intużaw il-fondi kulturali filwaqt li janalizza dokumenti u deċizjonijiet li saru sabiex tigi implimentata l-politika kulturali.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kultura qal li Gvern ġdid jemmen li l-kultura hija ta’ kulħadd u ser jaħdem biex jagħti ċans ħalli dan is-settur jikber u jissaħħaħ.  Gvern ġdid, qal Dr Jose’ Herrera, ser iħares lejn il-kultura minn lenti ta’ drittijiet kulturali. Huwa qal li l-politika kulturali li ġiet konsultata u maqbula minn diversi entitajiet ser tiġi mħaddna minn dan il-gvern u imżewġa mal-mandat elettorali u l-prioritajiet ta’ Gvern ġdid.  Dr Jose’ Herrera qal li kull strateġija li se tinħadem, ser tinvolvi konsultazzjoni kontinwa li tibbaża fuq il-prinċipji tal-politika kulturali.

Tenna l-impenn ta’ dan il-Gvern li jaħdem biex isaħħah il-festivals lokali kif ukoll ix-xogħol tal-Kunsill tal-Kultura u l-Arti.  Huwa qal li dak kollu li ser isir minn dan il-Gvern f’dan il-qasam huwa li jsaħħaħ it-triq ħalli l-Belt Kapitali Ewropea tkun waħda ta’ suċċess.

Sadanittant, għal din il-Konferenza tal-Aħbarijiet, li għaliha kien hemm preżenti bosta artisti, ingħataw dettalji tat-8 edizzjoni tal-Malta Arts Festival li ser isir bejn it-30 ta’ Gunju u l-14 ta’ Lulju 2013.

F’dan il-Festival ser ikun hemm il-passjoni tal-flamenco, eżibizzjoni tal-arti viżiva kontemporanja, teatru ta’ Shakespeare, teatru-żfin intimu, mużika ferrieħa u kunċerti orkestrali u anke ċirku bbażat madwar l-artisti. Il-Festival jinkludi programm varjat ta’ teatru, mużika, żfin u arti viżiva. Il-Festival ser joffri firxa wiesgħa ta’ ġeneri u forom artistiċi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow