“KOMMESSI LI NAGĦMLU L-BIDLA” – L-ONOR. DR. JOSE’ HERRERA SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U GVERN LOKALI
Fl-aħħar tlett ijiem 229 kunsillieri eletti ħadu l-ġurament tagħhom ta’ kunsilliera wara li dawn ġew eletti fl-Elezzjoni tad-9 ta’ Marzu 2013.
Mill-229 kunsillier li ħadu l-ġurament, 49 kunsillier għandhom bejn it-18 u t-30 sena. Minn dawn id-49 kunsillier, 10 huma nisa.
117–il kunsillier li ħadu l-ġurament għandhom bejn it-30 u l-55 sena. Minn dawn l-117-il kunsillier, 28 huma nisa.
63 kunsillier li ħadu l-ġurament għandhom ’il fuq minn 55 sena, u 20 minnhom huma nisa.
Fl-aħħar mit-tliet ċerimonji tal-ħatra, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Dr Jose’ Herrera ħabbar li Gvern ġdid kommess li jagħmel il-bidla f’dan il-qasam li huwa ddeskrivieh bħala pilastru ieħor għat-tisħiħ tad-demokrazija ta’ pajjiżna.
Fost l-ewwel bidliet li ħabbar, is-Segretarju Parlamentari Dr Jose’ Herrera qal li wara l-20 ta’ Novembru li ġej, Gvern ġdid ser idaħħal fis-seħħ il-proposta li żgħażagħ ta’ 16-il sena jibdew jivvotaw fl-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi. Huwa qal li din id-deċiżjoni ser tkun l-ewwel pass ta’ din l-amministrazzjoni biex jerġa’ jitqajjem interess ġdid fil-Kunsilli Lokali.
Bidliet oħra li ħabbar is-Segretarju Parlamentari hemm it-tlaqqiegħ ta’ Konvenzjoni għal Kunsilliera kollha ta’ Malta u Għawdex, kif ukoll riforma tal-Gwardjani Lokali mill-aktar fis possibbli.
Għat-tliet ċerimonji tal-ħatra kien hemm rappreżentant f’isem l-Oppożizzjoni l-Onor. David Agius, id-Direttur tal-Gvern Lokali s-Sur Carmel Abela, u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali is-Sur Michael Cohen.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en