Left arrow Go Back

LINJI PARALLELI LI JIMXU FL-ISTESS DIREZZJONI

pr0434
Date Icon 22/03/2013

Ir-relazzjonijiet bejn Gvern u Knisja u diversi suġġetti fl-istat tar-relazzjonijiet ta’ bejniethom tqanqlu waqt l-ewwl żjara ta’ kortesija li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel lill-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona u l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Mons. Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof.

F’kelmtejn ta’ merħba, L-Arċisqof qal li l-knisja lesta tgħin lill-poplu Malti f’kollox u lesta tidħol fi djalogu li jagħti l-frott kemm mal-Prim Ministru kif ukoll mal-Partit Laburista għall-ġid komuni ta’ Malta.

Kollaborazzjoni bejn Stat u Knisja

Il-Prim Ministru qal li l-messaġġ tal-Gvern il-ġdid huwa ċar ħafna. Il-Gvern jikkunsidra lill-Knisja bħala parti essenzjali mis-soċjetà Maltija u għad għandha rwol importanti ferm x’taqdi mil-lat spiritwali u soċjali. Dr. Muscat qal li l-Gvern qed iħares ’il quddiem li ż-żewġ naħat jaħdmu f’awtonomija iżda b’rispett reċiproku lejn xulxin u b’separazzjoni ċara bejn Stat u Knisja.  Il-Prim Ministru qal li l-ewwel laqgħa wriet li hemm konverġenza bejniethom, bit-tnejn ikollhom l-istess linja ta’ ħsieb li jimxu ’l quddiem f’linji paralleli li jimxu fl-istess direzzjoni. Dr. Muscat qal li assigura lill-Arcisqof  fil-kontinwazzjoni tal-kollaborazzjoni tal-Gvern fost l-oħrajn fis-sistema tal-finanzjament tal-iskejjel tal-knisja, li hija ovvja u essenzjali. Qal li qed inħarsu ’l quddiem li nitkellmu mal-knisja dwar id-djar tat-tfal u tal-anzjani u fl-affarijiet kollha li bihom Stat u Knisja jistgħu jikkollaboraw flimkien.

Negozjati mas-Santa Sede dwar is-supremazija tal-Qrati Ċivili Maltin

Il-Prim Ministru qal li għarraf lill-Arċisqof l-intenzjoni tal-gvern il-ġdid li jindika lis-Santa Sede l-bżonn ta’ diskussjoni għal bidla fil-liġi kif previst fil-ftehim bejn iż-żewġ naħat.

Qal li Gvern ġdid se jikteb lis-Santa Sede biex jitlob laqgħat ta’ diskussjoni biex il-qrati ċivili Maltin ikunu l-qrati supremi fil-kwistjoni tal-liġi dwar iż-żwieġ. Il-Prim Ministru qal lid an se jsir f’sens ta’ rispett reċiproku, fl-isfond tal-mandat li l-gvern ghandu u f’sens ta’ tama sabiex il-ftehim ma jkunx unilaterali min naħa ta’ Malta iżda jkun ftehim reċiproku bejn iż-żewġ naħat.

L-Arċisqof Cremona min-naħa tiegħu qal li l-Knisja tat ir-responsabbiltà u dispożizzjoni tagħna biex titkelltm dwar din il-kwistjoni li sostna li diġà kienet f’moħħa. Qal li ż-żewġ naħat se jkomplu jitkellmu bejniethom biex jaraw x’se jkun l-aħjar għal poplu Malti għal dik li hu anke żwieġ quddiem l-istat ukoll.

Ir-reliġjon u l-konvenzjoni kostituzzjonali

Il-Prim Ministru qal li se jkun hemm laqgħat oħra dwar kwistjonijiet bejn iż-żewġ naħat u wera li lest ikun ta’ interlokultur mal-Kurja. Qal li fil-jiem li ġejjin se jħabbar l-ewwel punti tat-tluq dwar riformi fil-qrati u dwar il-konvenzjoni kostituzzjoni li se twelled it-tieni Repubblika. Huwa tenna l-konvinzjoni tal-Gvern Laburista li r-reliġjon Kattolika żżomm postha fil-kostituzzjoni. Il-Prim Ministru awgura li l-knisja, flimkien mal-elementi l-oħra kollha tas-socjetà, tieħu rwol attiv fil-konvenzjoni.

Libertajiet civili u unjoni ċivili bejn koppji tal-istess sess

Il-Prim Ministru qal li jifhem li l-pożizzjoni tal-knisja kattolika hi li ma taqbilx maż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess. Madanakollu l-Gvern se jwettaq il-mandat elettorali ċar ħafna li fost oħrajn jitlob għal leġislazzjoni dwar l-unjoni ċivili.

L-Arċisqof qal li l-fatt li jkun hemm leħen ieħor fil-kwistjoni jagħmel ġid lill-pajjiż. Qal li huwa dmir tal-knisja li ssemmi ukoll il-fidi tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow