IMPENN BIEX TITNAQQAS IL-BUROKRAZIJA MID-DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET
Is-Segretarju Parlamentari għall-ippjanar u simplifikazzjoni amministrattiva, l-Onor. Michael Farrugia, qal illi fid-Dipartiment tal-Artijiet hemm bżonn ta’ evalwazzjoni sħiħa tal-proċeduri eżistenti sabiex dawn jitjiebu u b’hekk titnaqqas il-burokrazija żejda.
L-Onorevoli Michael Farrugia tkellem dwar dan waqt żjara li għamel aktar kmieni il-Ġimgħa filgħodu fid-Dipartiment tal-Artijiet.
Is-Segretarju Parlamentari ltaqa’ mad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Artijiet Iman Schembri fejn tkellem miegħu dwar parti mill-eżerċizzju li għandu jsir biex tonqos il-burokrazija interna u anki burokrazjia żejda ma’ dipartimenti oħrajn.
Michael Farrugia tkellem ukoll dwar kif għandu jiżdied aktar id-dħul tad-Dipartiment tal-Artijiet mingħajr il-ħtieġa li jkun hemm reviżjoni ta’ tariffi.
Waqt l-istess żjara is-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia tkellem ukoll ma’ diversi ħaddiema fid-Dipartiment tal-Artijiet dwar l-andament tax-xogħol tas-setturi kollha fl-istess dipartiment.
Il-ħaddiema tkellmu wkoll mal-Onorevoli Farrugia dwar ix-xogħol li hemm b’lura b’diversi snin f’ċertu setturi tad-Dipartiment tal-Artijiet.
Michael Farrugia qal illi sfortunatament dan huwa dipartiment fejn is-sistema tat-teknoloġija tal-informatika għadha mhix qed tiffunzjona u taħdem b’mod adegwat u għalhekk huwa għamel pressjoni biex il-proċess tas-sistema kompjuterizzata jkun aċċelerat u li jwassal għal aktar effiċjenza u trasparenza.
Michael Farrugia qal illi din l-evalwazzjoni tal-proċeduri eżistenti se twassal biex min juża is-servizz tad-Dipartiment tal-Artijiet ikun moqdi aħjar u b’mod trasparenti u aktar effettiv.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en