STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR
Impenn biex jinstab impjieg lill-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom minn mal-Baxter - Ministru Chris Cardona
Il-Ministru Chris Cardona qal li l-Gvern huwa qalbu mal-ħaddiema li se jkunu qed jitilfu l-impjieg tagħhom minn mal-kumpanija Baxter u qed jikkometti ruħu li sal-aħħar tas-sena jsibilhom impjieg alternattiv.
F’kummenti li għamel fi tmiem żjara f’kumpanija lokali, il-Ministru Cardona qal li l-Gvern qiegħed hemm biex jgħin lil kumpaniji iżda f’dan il-każ il-problema kienet li sar jaf il-bieraħ b’deċiżjoni li ttieħdet ġimgħat ilu mill-kumpanija Baxter.
Mistoqsi mill-ġurnalisti l-Ministru Cardona qal li l-Gvern Nazzjonalista ma ħalla l-ebda hand over u għalhekk ma kellu l-ebda informazzjoni dwar x’tip ta’ trattativi seta’ kien hemm biex din il-kumpanija tbiddel l-intenzjonijiet tagħha. Dr Chris Cardona qal li l-gvern diġà tkellem mal-Union li tirrapreżenta l-ħaddiema u ma numru ta’ kumpaniji oħrajn biex sal-aħħar ta’ din is-sena l-ħaddiema jinstabilhom impjieg alternattiv.
Il-Ministru Chris Cardona ta’ dawn il-kummenti fi tmiem żjara li għamel fil-Kumpanija Carlo Cavazzi fiz-zona industrijali ta’ Bulebel.
Din il-kumpanija li topera fil-qasam tal-manifattura ta’ prodotti elettroniċi fis-suq mondjali. Akkumpanjat minn Charles Brincat, il-General Manager tal-kumpanija, il-Ministru ddawwar mal-fabbrika u ltaqa’ mal-amministrazzjoni u l-impjegati. Wara ngħata preżentazzjoni tal-operat tal-kumpanija u dwar il-prospetti li għandha f’pajjiżna.
Din iż-żjara kienet segwita minn żjara oħra li għamel fil-kumpanija Tek Moulds Precision Engineering Limited li tinsab ukoll fil-qasam Industrijali ta’ Bulebel. Wara li ddawwar mal-fabbrika l-Ministru Chris Cardona tkellem fit-tul mad-direttur maniġerjali Kevin Busuttil dwar l-opportunitajiet li għandha quddiema din il-kumpanija biex tkabbar l-operat tagħha.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en