STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U S-SOLIDARJETÀ SOĊJALI
pr0420
22/03/2013
Il-Gvern Malti se jevalwa l-pożizzjoni tal-pensjonijiet tas-servizz.
Il-Prim Ministru qajjem il-każ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Gvern se jkun qed jevalwa l-pożizzjoni tiegħu dwar l-allegat ksur ta’ regoli tal-Unjoni Ewropea fil-konfront ta’ Malta dwar il-kwistjoni tal-pensjonijiet tas-servizz.
Se jkun qed jara wkoll li jimxi anke mal-wegħda elettorali dwar dan il-qasam.
Din il-kwistjoni ilha tkarkar snin minn Gvern preċedenti.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-ġimgħa l-oħra, qajjem dan il-każ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso.
Il-Prim Ministru wassal il-messaġġ lill-President Barroso li l-Gvern Malti se jkun qed jidħol fil-każ u jevalwa l-pozizzjoni ta’ pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en