ŻJARAT FIL-BIĊĊERIJA U L-GĦAMMIERI
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, is-Sur Roderick Galdes, għamel żjarat uffiċjali ġewwa l-Biċċerija tal-Marsa u fil-Qasam Sperimentali tal-Għammieri. Hemmhekk huwa ltaqa’ mad-Diretturi, kapijiet u ħaddiema fejn magħhom ġie diskuss l-operat u d-diffikultajiet f’dawn l-oqsma.
Huwa żar id-diversi taqsimiet, kemm tal-Biċċerija kif ukoll tal-Qasam Sperimentali tal-Għammieri u ra x-xogħlijiet li qegħdin għaddejjin hemmhekk.
Is-Sur Galdes irringrazzja lill-ħaddiema għall-ħidma tagħhom, u, filwaqt li appellalhom sabiex ikomplu jagħtu sehemhom għall-ġid ta’ dawn is-setturi, huwa wegħdhom li lest li jisma’d-diffikultajiet tagħhom u li jinsab kommess sabiex itejjeb l-operat fl-oqsma rispettivi tagħhom.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en