Left arrow Go Back

IR-REGATTA – MUTUR WARA R-RIĠENERAZZJONI SOĊJALI TAL-PORT IL-KBIR

pr0415
Date Icon 21/03/2013

Ir-regatta hija potenzjal għar-riġenerazzjoni soċjali taż-żona tal-Port il-Kbir. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Dr. Stefan Buontempo f’konferenza li saret illum fejn matulha ġiet imnedija r-regatta ta’ Jum il-Ħelsien.

Ir-regatta din is-sena ser issir ġimgħa qabel peress li l-31 ta’ Marzu ser ikun l-Għid il-Kbir. Għalhekk bi qbil mal-klabbs tar-regatta din tressqet u ser issir is-Sibt 23 ta’ Marzu. Dr. Buontempo qal li r-regatta hija ħolqa ma’ avvenimenti oħrajn biex pajjiżna jkompli jiżviluppa turiżmu sostenibbli, turiżmu msejjes fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-poplu.

Huwa żied jgħid li r-regatta hija wkoll parti minn katina li permezz tagħha pajjiżna jista’ jifrex is-swieq turistiċi tiegħu biex b’hekk inkunu nistgħu nattiraw aktar turiżmu sportiv. L-Onor. Buontempo tenna li għalih huwa ta’ sodisfazzjon kbir li bħala Segretarju Parlamentari ser ikun hu responsabbli minn din it-tellieqa tradizzjonali tar-regatta li taf il-bidu tagħha minn żmien il-kavallieri.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq li r-regatta tirrapreżenta parti mill-benniena kulturali u storika ta’ Malta, benniena li huwa magħruf għaliha l-Port il-Kbir. Dawn it-tiġrijiet, kemm dik tat-8 ta’ Settembru u anke dik tal-31 ta’ Marzu huma avvenimenti spontanji tagħna l-poplu Malti fejn qed infakkru żewġ festi nazzjonali importanti fil-kalendarju Malti.

Dr. Buontempo saħaq li biex pajjiżna jkun minn ta’ quddiem irridu niffukaw fuq dak li jagħmilna Maltin. Ir-regatta element ewlieni li jagħmilna Maltin, poplu magħruf għas-sengħa fil-qasam marittimu. Ir-regatta flimkien ma’ sports tradizzjonali bħalma hu l-logħob tal-boċċi u anke avveniment bħal Valletta  Grand Prix, huma parti essenzjali fir-riġenerazzjoni soċjali tal-Port il-Kbir, huma parti essenzjali biex pajjiżna jkun kompetittiv fil-qasam turistiku.

Dr. Buontempo faħħar l-inizzjattiva ta’ Klabbs bħal dak ta’ Bormla fejn ġabu fondi mill-UE. Permezz ta’ dawn il-fondi trawmu żgħażagħ, li anke kien hemm minnhom bla xogħol, trawmu fil-bini tad-dgħajjes. Din is-snajja’ pajjiżna ma jistax jitlifha għax jekk jitlifha pajjiżna jkun tilef parti minn dak li hu, poplu marittimu.

Dr. Buontempo saħaq mar-rappreżentanti tal-Klabbs preżenti fuq l-importanza li jagħmlu partnerships ma’ klabbs barranin fejn permezz tagħhom il-membri u l-organizzaturi jkunu jistgħu jaqsmu u jiksbu esperejenzi ġodda.

Din it-tradizzjoni tirrapreżenta d-dgħajjes Maltin li huma simbolu għal pajjiżna. L-Onor. Buontempo wiegħed li ser jagħmel dak kollu possibbli biex sport bħal dan ma jintilifx biex pajjiżna ma jkomplix jitlef mis-sengħa marittima tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow