Left arrow Go Back

“BIT-TWETTIEQ TAL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-GVERN SER TINGĦATA VUĊI AKTAR EFFETTIVA LILL-GĦAQDIET AMBJENTALI” - LEO BRINCAT, MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL TAL-KLIMA

pr0405
Date Icon 18/03/2013

F'laqgħa li kellu llum fil-Ministeru tiegħu mal-Kunsill tal-Għaqda Ambjentali Nature Trust immexxija mill-President is-Sur Vincent Attard, il-Ministru Leo Brincat qal li bit-twettieq tal-programm elettorali tal-Gvern ser tingħata vuċi aktar effettiva lill-għaqdiet ambjentali

Huwa qal li l-laqgħa ta’ llum hija l-ewwel waħda minn sensiela sħiħa ta’ laqgħat mal-eNGOs fejn fiha tenna l-impenn tal-Gvern li mhux biss ser itihom l-opportunità biex jissuġġerixxu persuni sabiex iservu fuq l-awtoritajiet responsabbli mill-Ippjanar u l-Ambjent rispettivament - la tiġi ristrutturata l-MEPA, iżda bħala għarfien tal-importanza mistħoqqa tal-eNGOs li jaħdmu f'dan il-qasam, il-Gvern ġdid kien saħansitra kommess li jwaqqaf fond finanzjarju apposta li minnu sejrin igawdu dawk l-għaqdiet ambjentali sabiex ikunu f'pożizzjoni aħjar li jwettqu l-ħidma tagħhom b'mod aktar effettiv.

Il-Ministru Brincat wiegħed li mhuwiex sejjer jikkonsulta lill-eNGOs biss meta tkun ġejja elezzjoni ġenerali, iżda jinsab kommess li jżomm kuntatt miftuħ u regolari magħhom matul is-sena kollha -  kif kien għamel mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni.

Fost it-temi diskussi kien hemm il-ħidma tal-Heritage Parks Foundation fejn il-Ministru wera l-interess tiegħu li jżur d-diversi proġetti f'dan il-qasam fosthom il-Park tal-Majjistral fil-ġejjieni qarib ħalli jara l-istat attwali tal-Park u kif l-affarijiet jistgħu jitjiebu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow