KONTINWITÀ FIL-POLITIKA BARRANIJA
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella indirizza lill-Korp Diplomatiku akkreditat għal Malta f’laqgħa li kellu magħhom dalgħodu fejn qal li fil-politika barranija se jkun hemm kontinwità ta’ ħsieb.
Dan billi l-Gvern ikompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi Ewropej fuq bażi bilaterali u jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi oħra fosthom iċ-Ċina, l-Istati Uniti u l-Brażil fost l-oħrajn.
Il-Ministru George Vella spjega li l-Ministeru tiegħu huwa responsabbli għar-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi Ewropej waqt li d-Deputat Prim Ministru Louis Grech se jkun responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin spjega lill-Ambaxxaturi akkreditati għal Malta li huwa l-ħsieb tal-Gvern li jimmassimizza l-użu tal-Ambaxxati Maltin fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.
Gvern ġdid, qal George Vella se jiffokka fuq ir-reġjun tal-Mediterran fosthom ir-rivoluzzjoni fid-dinja Għarbija, qal li din hija sfida kbira għall-Malta li għandha d-dover li tgħin lil dawn il-pajjiżi. Tkellem dwar l-isfidi fil-Lvant Nofsani fejn qal li l-problemi fir-reġjun qed jikbru minħabba r-rivoluzzjoni fis-Sirja.
“Quddiemna għandna xogħol kbir” qal il-Ministru Vella għaliex Malta trid tipprepara għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea li tfisser organizzazzjoni ta’ madwar 1,500 laqgħa fuq perjodu ta’ 6 xhur. “Biex nagħmlu dan kollu għandna bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd” qal il-Ministru Vella.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en