Left arrow Go Back

IL-MINISTRU JOE MIZZI JŻUR IX-XOGĦOL FUQ IL-PROĠETT TA’ BORMLA

pr0395
Date Icon 14/03/2013

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi tenna l-wegħda li kien għamel il-Partit Laburista fil-programm elettorali tiegħu, dwar il-progett tal-Baċir Numru Wieħed f’Bormla biex il-progett jitlesta kemm jista’ jkun malajr. Huwa sostna li Gvern Laburista se jmidd idejh biex jagħti l-prijorità meħtieġa biex dan il-proġett, jingħata lura lir-residenti Bormliżi.

Il-Ministru Mizzi żar ix-xogħlijiet għaddejjin, u li waqgħu lura għal bosta xhur, tenna li l-Gvern se jagħti l-appoġġ kollu tiegħu biex jara li jinżammu d-dati tat-tlestija ta’ kull fażi li baqa’.

Chris Paris, Kap Eżekuttiv tal-Grand Harbour Regeneration Corporation, ta dettalji dwar fejn waslet kull fażi tal-proġett. Sal-lum, għad hemm kwistjonijiet pendenti, iżda issa ħarġu tenders ġodda u x-xogħol jinsab għaddej.

Huwa mistenni li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, parti sostanzjali mix-xogħol fuq it-triq għandha tkun lesta biex it-traffiku jigi lura għan-normal biex speċjalment, fl-Għid, iż-żona tkun tista’ titgawda mill-pubbliku.

Tliet ġimgħat wara, huwa ppjanat li jitlesta x-xogħol fuq il-pjazza kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow