GĦADDEJ IX-XOGĦOL FUQ IL-PROĠETT TA’ RIJABILITAZZJONI TAL-MAGĦTAB
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino illum żar ix-xogħlijiet li qed isiru fuq ir-rijabilitazzjoni tal-Magħtab issa li x-xogħol fuq l-ewwel fażi huwa lest kompletament.
Ix-xogħol fuq ir-rijabilitazzjoni tal-Magħtab qed isir fuq kobor ta’ madwar 280,000m2 b’investiment ta’ madwar €16-il miljun b’Ko-finanzjament mill-fond ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013.
Il-proġett jikkonsisti f’żewġ partijiet – l-ewwel fażi li kienet proġett pilota ta’ żona rappreżentattiva tas-sit, u t-tieni fażi li tinkludi l-bqija tas-sit. L-ewwel fażi issa hija kompluta u t-tieni fażi għandha titlesta fl-2013.
Il-proġett tat-tieni fażi tar-rijabilitazzjoni tal-Magħtab tikkonsisti fil-:
• Formazzjoni u capping ta’ slopes
• Formazzjoni ta’ toroq
• Kostruzzjoni ta’ 2km ħitan tas-sejjieħ fl-ewwel fażi u 1.8km oħra fit-tieni fażi
• Kostruzzjoni ta’ 37 planting cells fl-ewwel fażi u aktar minn 200 oħra fit-tieni fażi
• Tħawwil ta’ siġar, pjanti indiġeni u veġetazzjoni oħra, fosthom 4,000 siġar kbar, 10,500 siġar żgħar kif ukoll 20,000 arbuxell
• Kostruzzjoni ta’ ġibjun kif ukoll kanal ta’ l-ilma (liema xogħolijiet għandhom jibdew dalwaqt). Fil-pjan oriġinali tal-proġett il-ġibjun kien maħsub li jkollu kapaċità ta’ 12,000 metru kubu, iżda issa tkabbar għal 19,000 metru kubu.
• Formazzjoni ta’ reed beds u silt ponds bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita. Fil-pjan oriġinali tal-proġett kien maħsub li jkun hemm tliet reed beds u silt pond waħda, iżda biex tiżdied il-kapaċità dan inbidel għal żewġ reed beds u żewġ silt ponds, li kollha jinsabu fiż-żona tal-ewwel fażi tal-proġett.
Din l-aħħar fażi tar-rijabilitazzjoni tal-Magħtab tkompli tibni fuq proġetti oħra li saru fil-miżbla tal-Magħtab bħal l-‘Aerial Emissions Project’ fejn kien installat impjant għat-trattament tal-gass (Regenerative Thermal Oxidiser) li permezz tiegħu l-gassijiet tal-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab qed jinġabru u jiġu trattati ġewwa chamber apposta qabel ma joħorġu fl-arja. Bħala parti mill-Aerial Emissions Project sar investiment ukoll f’impjant tar-Reverse Osmosis li permezz tiegħu l-WasteServ qed tiġġenera ilma nadif li jintuża għall-irrigazzjoni u kontroll ta’ trabijiet fi ħdan il-kumpless tal-Magħtab. Dan kollu wassal biex il-livell ta’ dijossina fl-arja tal-madwar naqas b’99%.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en