TĦABBIR TAR-RATI TA’ MGĦAX TA’ ŻEWĠ STOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA B’RATA TA’ MGĦAX LI TVARJA
It-Teżor iħabbar li r-rati ta’ mgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2017 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur u tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur ġew stabbiliti kif ġej:
Stock tal-Gvern ta’ Malta 2017 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja
• l-imgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2017 (V) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn il- 5 ta’ Marzu, 2013 u l-4 ta’ Settembru, 2013 (iż-żewġ dati nklużi) se tkun ta’ 1.228% pa. Din ir-rata ta’ mgħax hija aġġustata u bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu, 2013 bi 0.328% , flimkien ma’ spread ta’ 90 basis points.
Stock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja
• l-imgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn il- 5 ta’ Marzu, 2013 u l-4 ta’ Settembru, 2013 (iż-żewġ dati nklużi) se tkun ta’ 1.428% pa. Din ir-rata ta’ mgħax hija aġġustata u bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu, 2013 bi 0.328% , flimkien ma’ spread ta’ 110 basis points.
Dan l-avviż qiegħed jiġi maħruġ skont paragrafu 7(g) u paragrafu 7 (h) tal-Prospett li ġie ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-21 ta’ Awwissu, 2012 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru. 874.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en