L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN, JIPPREŻENTA FONDI LI JIFFURMAW PARTI MILL-ASSISTENZA UFFIĊJALI GĦALL-IŻVILUPP LILL-MEMBRI TAS-SOĊJETA’ ĊIVILI
Għal sena oħra, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin reġa tenna l-impenn u l-appoġġ tiegħu lejn membri tas-soċjeta` ċivili sabiex dawn iwettqu proġetti ta’ żvilupp, f’pajjiżi eleġibbli għal din it-tip t’assistenza. Dawn il-fondi, li jiffurmaw parti mill-Assistenza Uffiċjali Għall-Iżvilupp (ODA), huma parti minn nefqa totali li Malta talloka kull sena għal proġetti umanitarji u ta’ żvilupp.
Is-somma totali ta’ €188,130 se tmur għal ko-finanzjament ta’ 16 –il proġett fil-pajjiżi benefiċjarji fil-maġġoranza tagħhom fl-Afrika, kif ukoll fin-Nofsinhar tal-Asja u fl-Amerka Ċentrali. Dawn il-proġetti ser ikunu mwettqa minn voluntiera u fondi t’individwi u għaqdiet Maltin.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr. Francis Żammit Dimech faħħar l-impenn tar-riċevituri ta’ dawn il-fondi, kemm dawk tal-passat kif ukoll dawk tal-preżent, billi qal illi dawn tejjbu il-ħajja ta’ nies foqra madwar id-dinja. F’ħafna każi, dawn il-proġetti jaghmlu użu minn riżorsi lokali filwaqt illi dawn l-organiżżażżjonijiet jużaw ir-riżorsi u l-esperjenzi taghhom biex jibnu fuq it-tajjeb illi diġa’ jeżisti. L-iskema tal-ODA fi ħdan il-Ministeru kisbet popolarita’ matul is-snin u in-numru ta’ proġetti sottomessi żdied ukoll. L-għan tal-Ministeru hu illi jagħti iżjed fondi biex jiġu iffinanzjati aktar proġetti ta’ dan it-tip matul din is-sena finanzjarja u ghandu l-għan illi jirdoppja il-baġit ghal dawn il-proġetti ghas-sena 2014.
Kull applikazzjoni ghall-fondi kienet eżaminata minn Bord Konsultattiv magħmul minn 7 persuni, li gejjin mid-Development Unit fi ħdan il-Ministeru, kif ukoll minn membri esterni ġejjin minn oqsma akkademiċi relatati ma’ l-iżvilupp kif ukoll membri tas-socjeta’ ċivili. Kull applikant kien intervistat minn Bord Konsultattiv u kull proġett ġie assessjat skond numru speċifiku ta’ kriterji relatati mal-prijoritajiet ta’ l-Overseas Development Policy ta’ Malta. Il-Bord Konsultattiv ha in kunsiderazzjoni ukoll il-kapaċitajiet tal-applikant illi jkun kapaċi jwettaq il-proġett kif ukoll l-impatt li dan il-proġett ser ikollu fuq il-komunita’ illi ser tibbenifika minnu.
Ħafna mill-proġetti huma relatati mal-edukazzjoni, bħal kostruzzjoni ta’ skejjel, ċentri għaż-żgħażagħ u ċentri għas-saħħa fil-Kenja, il-Gana u l-Indja. Fil-waqt li ħafna minn dawn il-proġetti huma ġodda, oħrajn huma estensjonijiet ta’ skejjel, faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni u laboratorji. Proġetti oħra edukattivi huma rigward taħriġ vokazzjonali, ‘capacity building’ u tisħiħ tal-abbilta’ fil-qasam edukattiv. Tfal u gruppi oħra vulnerabbli ser jiġu provduti minn taħriġ fil-qasam tal-ICT, kummerċċjali u żvilupp fil-ħiliet bażiċi biex jiġu inkuraġġjati biex ikunu awto-suffiċjenti.
Fost il-proġetti, proġett minnhom jikkonsisti fil-providiment tal-ilma u s-sanita’ ta’ kommunita’ żgħira fl-Etjopja. Żewġ proġetti oħra ser jgħinu biex jigu żviluppati l-infrastrutturi mehtieġa għas-saħħa bażika fil-komunitajiet tal-Malawi u l-Guatemala. Proġetti oħra li huma innovattivi ser iseħħu permezz tal-bini tal-fish farms u serrer biex tiġi megħluba in-nuqqas tal-ikel.
Ħawn taħt għandkom issibu il-lista tal-proġetti kollha.
Anness
Lista tal-Proġetti
1. Living Waters Mission Team €17,236
‘Water Supply Project in Ethiopia’
Dan il-proġett ser jati aċċess għal-ilma nadif u ser jgħin biex itejjeb is-saħħa ta’ 3,000 persuna f’Amman, Lbiċċ tal-Etjopja.
2. Signum Fidei €18,971
‘Enlargement of a hostel reception area in Cameroon’
Dan il-proġett jgħin biex itejjeb l-edukazzjoni, lliteriżmu, l-attendenza fl-iskejjel lit-tfal bniet fi-żona Mbangassina.
3. Mission Fund €25,000
‘Education for All - an extension at a school in Bananja, Kenya’
Dan il-proġett jikkonsisti fil-bini ta’ dormitorju fi skola sekondarja tal-bniet biex jati aċċess lit-tfal li joqgħodu fiż-żoni remoti.
4. St. Jeanne Antide Foundation €10,495
‘Construction and operation of a Health Post in Malawi’
Dan il-proġett jikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ Centru tas-Saħħa li sservi bħala klinika għat-tfal taħt il-5 snin, servizzi ta’ maternita’, twettiq ta’ kampanji ta’ vaċċinazzjoni, laqghat għal-pubbliku dwar is-saħħa ġenerali, dwar l-igjene u l-prevenzjoni dwar il-mard infettiv.
5. KOPIN
‘HIV/AIDS Care & Support, Ethiopia’ €13,243
Il-Fondi ser jiġu użati ic-Centru tas-saħħa l-Ijaji HIV/AIDS, biex jipprovdi servizzi tas-saħħa għal persuni li ghandhom l-HIV/AIDS billi jinataw ghajnuna psikologika, socjali, edukattiva u biex titnaqqas l-istigma u d-diskriminazzjoni.
6. Kull Bniedem Ħija €5,046
‘Youth Empowerment project, Kenya’
Dan il-proġett ser jiprovdi edukazzjoni u appogg finanzjarju lil orfni taz-zona ta’ Kisumu fil-Kenja, fejn hemm rata gholja ta’ mortalita’ bil-marda tal-HIV/AIDS.
7. Integra Foundation €12,000
‘Emergency health care for the disabled extreme poor in rural Guatemala’
Dan il-proġett jipprovdi assistenza lil persuna b’diżabbilta biex ikollhom aċċess għas-servizzi tal-emerġenza.
8. Young Christian Workers
‘Green House for food security and income generation in Kenya’ €6,818
Is-Serra ser tippermetti li ma jkunx hemm nuqqas fil-provvisti tal-ikel għat-tfal b’diżabbilta’
9. Society of Jesus €8,379
‘Electricity generator and Laboratory Equipment for St. Xavier’s University College, India’
L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jiġġenera l-elettriku f’kuleġġ bl-użu ta’ generator ta’ 50 KVA.
10. YMCA €7,583
‘Driving Youth Entrepreneurship in Kenya’
L-għan ta’ dan il-proġett huwa dak li jgħin iż-żgħażagħ biex jiżviluppaw ħiliet imprenditorjali.
11. SOS Malta €15,000
‘Small scale fish farming in Uganda’
Dan il-proġett ser ikun qed jikkonsist fit-trobbija tal-ħut fosthom in-Nile Tilapia u African Catfish fil-vaski. Laboratorju ser ikun qed jinbena ukoll għal raġunajiet ta’ riċerka.
12. Inizjamed €10,636
‘Providing sustainability for peace and support activities in Kenya’
L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi appoġġ lin-nisa żgħażagħ u ommijiet li qed irabbu weħidhom biex jiżviluppaw ħiliet professjonali biex ikunu kapaċi jgħixu ħajja indipendenti.
13. Salesians of Don Bosco €9,535
‘Construction of a Dormitory in Ghana’
L-għan ta’ dan il-proġett huwa billi joffru lit-tfal fil-bżonn u t-trabi biex ikollhom l-opportunita’ta’ dar, familja u mħabba.
14. Franciscan Sisters of the Heart of Jesus €12,401
‘Construction of a primary school for street children in Nairobi, Kenya’
Dan il-proġett jinvolvi fil-bini ta’ klassijiet, uffiċini, kċina, sistemi ta’ sanita’ u sala u b’hekk jipprovdi saħħa, ikel u edukazzjoni.
15. Right 2 Smile Foundation
‘Day Care service to children in the slums of Kibera, Kenya’ €5,788
L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi servizzi ta’ matul il-jum ta’ kwalita’ għat-tfal bejn is-6 xhur u 3 snin fi Nairobi biex jinċentiva lin-nisa joħorgu jaħdmu jew jistudjaw.
16. Salesians Pastoral Youth Service-SPYS €10,000
‘Children’s Play Ground in Kenya’
Park tad-divertiment tat-tfal ser jipprovdi l-iżvilupp fiżiku, emozzjonali u spiritwali għat-tfal.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en