Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr0321
Date Icon 01/03/2013

ELEZZJONIJIET ĠENERALI  U TAL-KUNSILLI LOKALI  - MARZU 2013

Votazzjoni f’San Vincenz de Paule, fl-iSptar Mater Dei, l-iSptar Karen Grech, l-iSptar Monte Karmeli u l-iSptar Ġenerali t’Għawdex

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf dan li ġej:

-           Fil-każ tar-Residenza San Vincenz de Paule, għall-votanti li huma registrati f’San Vincenz de Paule u dawk kollha li sal-Hamis, 28 ta’ Frar 2013, ikunu residenti, iżda mhux reġistrati bħala votanti hemmhekk, il-votazzjoni ser issir f’San Vincenz de Paule, nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu 2013, bejn is-7.00 a.m. u l-10.00 p.m.; u

-           Fil-każ tal-iSptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-votanti kollha li jkunu rikoverati f’xi wieħed minn dawn l-iSptarijiet fis-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tlieta, 5 ta’ Marzu 2013, għandhom jivvutaw ukoll nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu 2013, bejn is-7.00 a.m. u l-10.00 p.m, fl-iSptar rispettiv fejn ikunu rikoverati fis-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tlieta, 5 ta’ Marzu 2013, u mhux kif jidher fuq id-dokument għall-votazzjoni tagħhom.

Importanti ħafna li jiġi nnotat li din il-proċedura tgħodd ukoll għal dawn il-votanti jekk jiġu rilaxxati wara d-data rispettiva ta’ qabel il-votazzjoni.

Għall-kuntrarju, il-votanti li jiġu rikoverati wara d-data rispettiva ta’ qabel il-votazzjoni, għandhom jivvutaw is-Sibt, 9 ta’ Marzu 2013, bejn is-7.00 a.m. u l-10.00 p.m. kif jidher u fejn hemm indikat fuq id-dokument għall-votazzjoni tagħhom.

Fir-Residenza San Vincenz de Paule,  l-iSptar Monte Karmeli u l-iSptar Ġenerali  ta’ Għawdex,  fejn hemm residenti reġistrati bħala votanti,  ikun hemm bżonn li tinħareġ minn qabel identification tag mill-Kummissjoni Elettorali jekk residenti/pazjenti li ser jivvutaw f’dawn il-postijiet jixtiequ li xi ħadd minn tal-familja jgħinhom mill-Ward saz-zona tal-votazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow