Left arrow Go Back

RIŻULTAT POŻITTIV MILL-KUNSILL EWROPEW TA’ L-AGRIKOLTURA U SAJD

pr0308
Date Icon 27/02/2013

Matul il-Kunsill tal-Agrikoltura u Sajd, li ntemm l-Erbgħa 27 ta’ Frar kmieni filgħodu, d-Delegazzjoni Maltija kisbet riżultat ferm pożittiv. Id-diskussjoni iffukat fuq ir-rimi tal-ħut fil-baħar. Huwa stmat illi fuq livell globali, ħuta minn kull erbgħa terġa’ tintrema lura l-baħar. Dan il-ħut jintrema mhux neċesarjament għax m’huwiex tajjeb għall-konsum, imma jew għax ma jkunx koprut mill-ammont ta’ ħut li jista’ jinqabad mil-bastiment (kwota), jew inkella għax ikun illegali li jinħatt l-art minħabba li jkun ta daqs żgħir.

Waqt il-Kunsill, Malta spjegat li r-rimi tal-ħut huwa l-akbar falliment tal-Politika tas-Sajd Ewropea.  Għalhekk, Malta saħqet li waħda mill-ambizzjonijiet ewlenin tagħna hija li nindirizzaw din il-problema fir-riforma. Madankollu, Malta insistiet li din l-ambizzjoni għandha tkun minsuġa flimkien ma’ kunċett ta’ flessibbiltà sabiex ikun hemm transizzjoni prattika u bla xkiel. 

Għalhekk Malta insistiet li għandu jiġi żgurat li l-waqfien tal-prattika tar-rimi tal-ħut, li hija waħda ta’ ħela, ma jwassalx għall-prattika ugwalment ħalja fejn ħut li huwa tajjeb għall-konsum tal-bniedem isir fish meal – trab tal-ħut li jintuża f’diversi proċessi industrijali. Malta spjegat illi l-ħut li jirriżulta mill-obbligu tal-ħatt xorta għandu jintuża għal għanijiet umanitarji, jew inkella li l-profitti li jsiru mill-bejgħ tiegħu jintużaw bħala fond biex jgħin sajd iktar selettiv u biex jiżgura kontrolli dejjem aktar efettivi.

Wara negozjati twal intlaħaq ftehim favorevoli. Dan il-ftehim joffri l-flessibilità meħtieġa permess ta’ eżenzjoni fuq il-qabda totali ta’ kull sena ta’ 9% għall-ewwel u t-tieni sena, 8% għat-tielet u r-raba' sena, u 7% mill-ħames sena ’il quddiem. Il-qbil finali ser jippermeti wkoll li ħut fuq id-daqs minimu (eċċessi fil-kwoti) jingħata għall-karità flok isir fish meal u b’hekk jiżgura l-aqwa użu mir-riżorsa tal-ħut.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow