RINGRAZZJAMENTI MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI MARIO GALEA
Ringrazzjamenti jmorru lill-Protezzjoni Ċivili, lill-Pulizija, lit-tobba u n-nersis u l-professjonisti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità u l-istaff tal-Care Malta.
Bla dubju wieħed japprezza x-xogħol li għamlu l-impjegati ta’ Care Malta u l-Protezzjoni Ċivili biex ineħħu l-pazjenti mill-periklu.
Grazzi wkoll lill-qraba tal-pazjenti li fehmu s-sitwazzjoni u kienu spalla ma’ spalla mat-tim li ħa sehem f’din l-operazzjoni.
Il-konsegwenzi tan-nirien ma kinux kbar għax l-isptar hu attrezzat b’apparrat apposta kontra n-nar fosthom fire doors li kienu strumentali biex in-nar ma jinfirixx.
Għaddej ukoll it-tindif fuq il-post biex is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal fl-iqsar żmien possibbli.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en