STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
Il-konklużjonijiet li wasal għalihom l-Orizzont tal-lum dwar id-dar tal-anzjani taż-Żejtun huma għal kollox żbaljati. Fl-aħħar budget il-Gvern kien diġà ħabbar li se jżid l-ammont ta’ sodod fi tliet residenzi tal-anzjani fosthom f’dik taż-Żejtun. Dan it-tibdil infrastrutturali seħħ biex il-faċilitajiet għall-anzjani jitjiebu.
Is-servizzi f’din id-dar komplew jiżdiedu fejn issa se jkun hemm ners 24 siegħa kuljum. Żdiedet ukoll kichtenette għall-qraba, u żdiedu kmamar tal-ikel fuq kull sular kif ukoll lounge area fuq kull sular fejn jistgħu jiġu organizzati attivitajiet differenti skont l-ħtieġa tal-klijenti.
L-anzjani dejjem kienu ta’ prijorità għal dan il-Gvern. F’din il-legislatura l-Gvern żied in-numru ta’ sodod b’elf.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en