STQARRIJA TAL-MINSTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
Fi stqarrija ppubblikata mil-Labour illejla, tkompli s-sensiela ta' gideb li kkaraterizat l-aħħar jiem. Fiha l-Labour jivvinta li l-Ministru Tonio Fenech qal li rċieva rigal mingħand George Farrugia. Tonio Fenech dan il-kliem ma qalux. Il-Ministru Tonio Fenech minbarra li reġa ċaħad kategorikament dak li vvinta l-labour, li rċieva xi rigal ippreżenta wkoll kwerela lill-pulizija biex tieħu passi Kontra Evarist Bartolo u Chris Cardona tal-gideb li qalu.
Anke l-Kummissarju tal-Pulizija kkonferma mal-Ministru Tonio Fenech li George Farrugia fl-ebda ħin ma qal li kien ta’ xi rigal lil Tonio Fenech.
Dan jiżdied mal-gideb tal-aħħar jiem:
· Joseph Muscat gideb li ma kienx jaf bid-droga fil-każin laburista
· Toni Abela gideb li Joseph Muscat ma kienx jaf bid-droga
· Il-kandidat Laburista David Farrugia Sacco gideb dwar ħuħ
· Il-kandidat Manuel Mallia gideb dwar is-sehem tiegħu fl-audit li sar
· Evarist Bartolo u Chris Cardona gidbu dwar l-arloġġ.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en