Left arrow Go Back

AKTAR KUMPANIJI ŻGĦAR JIBBENEFIKAW MILL-ISKEMA MICROINVEST U JKOMPLU JINVESTU FIN-NEGOZJU TAGĦHOM

pr0278
Date Icon 21/02/2013

Aktar minn 60 sena ilu Joseph Dingli kellu ħolma li jiftaħ negozju żgħir li fih jipproduċi t-tabelli. Illum, din il-kumpanija għada titmexxa minn ulied Joseph u tħaddem magħha 7 impjegati. Il-Kumpanija Gesco Signs li tinsab fil-Gzira hija waħda mill-mijiet ta’ kumpaniji li għarfet l-potenzjal tagħha sabiex tinvesti u tagħmel użu tajjeb mill-iskemi mħaddma mill-Gvern.

Waqt żjara li kienu qed jagħmlu lil din il-kumpanija dalgħodu, l-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech u l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi setgħu jaraw b’għajnejhom l-investiment għaqli li l-kumpanija għamlet fuq magna tal-ipprintjar li l-fondi għaliha ntużaw mill-iskema Microinvest li l-kumpanija bbenefikat minnha u  li permezz tagħha ħadet lura l-massimu ta’ €25,000 f’tax credit.

Is-Sur Henry Dingli f’isem Gesco Signs saħaq li permezz ta’ din l-iskema, il-kumpanija setgħet tkompli tinvesti f’magna tal-ipprintjar UV u b’hekk tkun tista’ tipproduċi x-xogħol tagħha bl-aħjar livell ta’ teknoloġija. Huwa qal li l-kumpanija bħalissa qed taħseb biex tkabbar il-kumpanija u żżid aktar impjegati.

Il-Ministru Tonio Fenech saħaq li minn mindu tnediet l-iskema Microinvest, huwa żar numru ta’ proġetti u investimenti li saru min-negozji żgħar ta’ pajjiżna u li gawdew minn din l-iskema,  li l-għan tagħha kien li jinċentiva lis-sidien ta’ negozji żgħar f’pajjiżna ,li jħaddmu sa 10 minn nies, biex proprju jinvestu fin-negozju tagħhom u jħaddmu aktar nies. Qal li propju llum 3 snin wara, kulħadd jista’ jgħid li din kienet skema ta’ suċċess kbir li rat 1,842 benefiċjarju  li permezz tal-MicroInvest investew mat-37 miljun Ewro; 7.5 miljun minnhom fil-pagi għal 786 impjieg ġdid. Bejniethom dawn in-negozju se jkunu qed jiffrankaw madwar 15-il miljun lura f’taxxa billi t-tax credit hija ta’ 40% f’Malta u 60% f’Għawdex, sa massimu ta’ 25,000 Ewro. Saħaq li l-investiment li għamlet il-kumpanija Gesco, ifisser investiment ta’ 25,000 Ewro li se jippermetti lill-kumpanija sabiex iżżid il-kwalità tat-tip ta’ stampar li tista’ tagħmel u tippermetti li tkun aktar effiċjenti f’xogħlha u  fl-ispejjeż ta’ produzzjoni biex b’hekk tkun aktar kompetittiva.

Dan kollu, qal l-Ministru Fenech barra li f’pajjiżna xprunajna ambjent ekonomiku li joħloq l-attività għas-sidien ta’ negozju li jinkludu diversi proġetti kapitali li rajna f’pajjizna fl-aħħar snin fosthom l-investiment fil-pajjiż, 12,000 kumpanija ġdida ta’ daqs differenti li joħolqu wkoll xogħol għal kumpaniji żgħar bħal ma qegħdin fihom illum. Dan kollu jirrifletti s-suċċess fin-numru ta’ liċenzji tan-negozju li qed jinħargu kull sena li jlaħħqu l-1,200. Il-Ministru Fenech qal li jekk il-Partit Nazzjonalista jingħata fiduċja fil-5 snin li ġejjin, se jkun qed jestendi din l-iskema għal dawk li jħaddmu sa 30 persuna.

Minn naħa tiegħu l-Ministru Azzopardi qal li llum qed nassistu għal storja oħra ta’ suċċess fis-settur tan-negozji ż-żgħar. Qal li n-negozji Maltin huma eżempju ċar tal-bżulija, tad-deteminazzjoni, tal-investiment u tal-ħolqien ta’ mijiet ta’ imjiegi. Azzopardi qal li l-ħaddiema Maltin iridu garanzija ta’ serħan il-moħħ għall-impjieg tagħhom, u dan saħaq Azzopardi jista joffrih biss il-Partit Nazzjonalist li fil-5 snin li ġejjin se jkun qed joħloq 25,000 impjieg ġdid. Il-Ministru Azzopardi semma ftit mill-inċentivi li huma mmirati għan-negozji żgħar u medji sabiex dawn ikomplu jikbru u jissaħħu. Fost l-oħrajn semma li l-ħaddiema self-employed li jaħdmu fuq bażi part-time se jibdew iħallsu l-bolla pro-rata skont kemm hu l-qligħ tagħhom. Semma li għal min jaħdem għal rasu, ir-rata tal-bolla bejn l-età tal-irtirar u l-65 sena se tinżel minn 15% għal 10%.

Skema oħra importanti hija dik li jekk għandek anqas minn 25 sena jew kont tirreġistra għal ħames snin jew jekk għandek 45 sena jew aktar u tlift l-impjieg, il-Gvern iħajrek tiftaħ negozju tiegħek billi fl-ewwel sentejn tiġi eżentat mit-taxxa tad- dħul u tiġi kreditat bil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kif ukoll, jekk twaqqaf kumpanija, tiġi eżentat mill-ħlas ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija u minn spejjeż amministrattivi oħra bħal ħlasijiet ta’ liċenzji.  Spjega li se jinħolqu wkoll start-up grants biex il-Gvern jassisti negozju li jkun qed jibda. Se jitwaqqaf ukoll fond biex jipprovdi start-up grants u kapital ta’ bejn €25,000 u €50,000 lil start-ups fl-industrija ġdida tal-digital gaming.

Dawn l-iskemi saħqu l-Ministri Fenech u Azzopardi huma biss ftit miżuri li se jkunu qed jgħinu lin-negozji Maltin u Għawdxin sabiex ikomplu jaħdmu fi klima ekonomika b’saħħitha fis-snin li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow