Left arrow Go Back

JINTLAĦAQ FTEHIM STORIKU BEJN IL-PAJJIŻI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-PATENTS

pr0265
Date Icon 19/02/2013

Wara aktar minn 40 sena ta’ taħditiet u diskussjonijiet dwar il-liġi fuq il-patents, illum fi Brussel ġie ffirmat ftehim storiku bejn 26 membru tal-Unjoni Ewropea.

Sal-llum kull pajjiż Ewropew li xtaq jirreġistra patent, kellu proċeduri separati mill-bqija tal-pajjiżi l-oħra Ewropej, fejn pajjiż kien ikollu jirreġistra dan il-patent f’kull pajjiz membru tal-Unjoni Ewropea.  Il-ftehim li sar illum, se jfisser tnaqqis sostanzjali tal-ispejjeż għan-negozji żgħar u medji u b’hekk se jkun qed jagħti spinta lill-kompetittività tagħhom.

Il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi li kien qed imexxi delegazzjoni Maltija f’isem il-Gvern Malti, qal li fl-aħħar 5 snin kien hemm avvanz kbir f’dan is-settur u tenna li Malta dejjem kienet fuq quddiem sabiex tmexxi din il-ftehim pass il-quddiem, biex b’hekk primarjament igawdu n-negozji Maltin u Ewropej kollha.

Permezz tal-ftehim tal-llum, ġie deċiż li titwaqqaf qorti waħda Ewropea; il-Unified Patent Court ( UPC) li se jkollha ġurisdizzjoni fuq il-pajjiżi Ewropej li ffirmaw dan il-ftehim. B’hekk din il-Qorti se tkun qed tiddeċiedi kull reġistrazzjoni ta’ patents li jsiru fl- Ewropa. Apparti minn hekk l-istess Qorti se tkun qed tissalvagwardja l-interess ta’ kull pajjiż Ewropew billi tassumi l-garanzija ta’ qafas legali fuq dawn il-patents.

Fost ix-xogħol tagħha, l-UPC se tkun qed tiggarantixxi li ma jkunx hemm l-istess każijiet ta’ patents minn pajjiżi Ewropej kif ukoll tipprevjeni sentenzi tal-qrati li jkunu kontradittorji fuq dan is-suġġett. Huwa previst li l-ewwel reġistrazzjoni ta’ patent f’din il-Qorti se jsir kmieni s-sena d-dieħla .

Il-Ministru Azzopardi esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim li fi kliemu qal, se jkun qed jirrifletti proċess aktar ħieles, serħan il-moħħ u garanzija ta’ aktar xogħol fl-Ewropa. Huwa qal li din hija kisba oħra importanti għal pajjiżna li se tkompli tiffaċilita l-innovazzjoni u l-kummerċ għal aktar negozji Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow