Left arrow Go Back

JITĦABBRU R-REBBIEĦA TAL-UNURI GĦALL-INNOVAZZJONI 2012

pr0246
Date Icon 16/02/2013

F’Ċerimonja li saret l-bieraħ filgħaxija f’lukanda ewlenija, ġew mħabbra r-rebbieħa tal-unuri għall-innovazzjoni għas-sena 2012. Iċ-ċerimonja kienet preseduta mill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, Jason Azzopardi.

F’ din l-edizzjoni kien hemm 4 kategoriji. Fl-ewwel kategorija; dik tal-Unur għall-Innovazzjoni Kreattiva ħareg rebbieħ Ruben Zahra ( Soundscapes) filwaqt li fit-tieni post ikklassifika Jean Pierre Magro ( Transmedia project). It-tieni kategorija kienet dik tal-Unur għall-Innovazzjoni Xjentifiku . Fl-ewwel post ikklassifika Daniel Micallef ( Econetique Ltd, Alurind Ltd and UOM), filwaqt li fit-tieni post kklassifikat Josette Camilleri ( UOM).

It-tielet kategorija kienet dik tal-Unur għall-Innovazzjoni Teknoloġika. Ir-rebbieħ ta’ din l-kategorija kien Adrian Attard Trevisan  (AAT Research Ltd) , filwaqt li t-tieni klassfikat kien Stefan Engelbert ( Aloaha Ltd). Ir-rebbieħa kollha f’din l-kategorija rċevew is-somma ta’ €10,000 ewro kull wieħed filwaqt li dawk li ġew klassfikati fit-tieni post rċevew is-somma ta’ €5,000 ewro kull wieħed. L-Aħħar kategorija kienet dik tal-Unur Speċjali għall aktar Innovazzjoni Promettenti. Din rebaħha Pierre Axiaq ( Alight technologies) li ingħata s-somma ta’ €5,000 ewro.

Fid-diskors tiegħu, l-Ministru Azzopardi qal illi huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalih li jammira tant kapacita u talent lokali migbur taħt saqaf wieħed. Qal li okkazzjoni bħal din tagħti l-opportunita li jiġi ppremjat it-talent krejattiv u innovativ li bla dubju huwa importanti ferm fil-ħidma sabiex il-Gvern ikompli jkattar l-iżvilupp fil-krejattivita u l-innovazzjoni lokali.

Il-Ministru spjega li l-fond għall-Premju tal-Krejattività u l-Innovazzjoni ġie mħabbar l-ewwel darba fil- baġit tal-2010 u minn dik in-nhar sal-llum dawn l-unuri baqgħu jsiru kull sena, b’allokazzjoni ta’ fondi propju għal dan il-ghan.  Ghaldaqstant, saħaq li fil-bagit tal-2013 reġa’ġie allokat il-fond ta’ €60,000 biex jerġgħu jiġu organizzati premijiet bħal dawn, li li jservu bħala nċentiv għall-iktar investiment sod fil-krejattività u l-innovazzjoni fis-setturi tal-edukazzjoni, arti, teknoloġija u manifattura u sabiex ikompli jingħata u jinħoloq għarfien lill-imprenduturi lokali. Qal li l-Gvern dejjem jimpenja ruħu sabiex jinkoraġixxi dan is-settur.

Qal li għall-ewwel darba ġie allokat fond ta €200,000 sabiex jassisti ricerkaturi u xjentisiti fil-process tal- patenting. Filfatt, spjega li nlaħaq ftehim ta’assistenza u ko-operazzjoni bejn il-European Patent Office, u d-Dipartiment tal-Kummerċ, li jifforma parti mill-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur; liema ftehim se jwassal sas-sena 2015 u li permezz tiegħu Malta tista’ tagħmel użu ta’ assistenza finanzjarja li jwassal sa ‘l fuq minn €400,000. Il-ftehim jikkonsisti f’diversi proġetti relatati mat-taħriġ, żvilupp ta’ għodda elettroniċi u diversi attivitajiet sabiex jiżdied l-għarfien, fir-rigward tal-patents.

Il-Ministru Azzopardi fakkar fl-incentivi fiskali li l-Gvern qed joffri fil-qasam tal-propjeta intelletwali fosthom;it-tax credits għall-intraprizi żgħar u medji offruti għar- reġistrazzjoni tal-proprjeta intelletwali taħt ir-Regolamenti ta’Assistenza fir-Riċerka u Żvilupp tal-2009 taħt l-Malta Enterprise Act.  Dan huwa nċentiv immirat speċifikament għall-intraprizi żgħar u medji li jkunu wettqu proġett approvat ta’ riċerka industrijali u żvilupp esperimentali li jkunu jixtiequ jiksbu protezzjoni tal-proprjeta intelletwali li seta rrizulta minn dan il-proġett.

Fl-aħħar nett il-Ministru Azzopardi awgura lir-rebbieħa kollha u ħeġġeg lill-aktar individwi sabiex ikomplu jagħmlu użu tajjeb mill-inċentivi u l-assistenza offruta mill-Gvern f’dan il-qasam sabiex b’hekk ikomplu jikbru u jagħmlu suċċess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow