Left arrow Go Back

IL-MINISTRU CRISTINA ATTENDIET GĦALL-KUNSILL EWROPEW DWAR L-EDUKAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ, KULTURA U SPORT

pr0243
Date Icon 15/02/2013

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina illum attendiet għal laqgħa tal-Kunsill tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sports, fi Brussell. Il-Ministri Ewropej iddiskutew l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll kif l-Ewropa għandha tinvesti fil-ħiliet għal ekonomija aħjar u soċjeta aktar b’saħħitha fl-ambitu ta’ l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013. 

Fid-diskussjoni l-Ministri Ewopej qablu li jkomplu jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni formali lejn id-dinja tax-xogħol, billi jiżdied l-investiment, u tkompli titkattar ir-rata ta’ żgħażagħ li jkomplu jistudjaw wara l-edukazzjoni obbligatorja.  Il-Ministri saħqu fuq l-importanza li nsaħħu r-rabta bejn l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol billi niżviluppaw il-ħiliet tal-impjieg u ħiliet imprenditorjali. 

Waqt din il-laqgħa il-Ministru Dolores Cristina enfasizzat dwar kif minkejja il-kriżi ekonmika internazzjonali il-Gvern Malti investa bil-kbir fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ u llum, minkejja li r-rati ta’ qgħad f’diversi pajjiżi fl-UE huma għolja ħafna, f’Malta għandna waħda mill-inqas rati ta’ qgħad fl-Ewropa, inkluż il-qgħad fost iż-żgħażagħ.  Il-Ministru Cristina iffukat fuq diversi inizjattivi tal-Gvern f’dan il qasam, b’mod partikolari l-iskemi ta’ apprentistat fejn studenti jattendu għat-tagħlim filwaqt li jieħdu taħriġ prattiku fejn studji juru li 70% taż-żgħażagħ li jieħdu sehem fl-apprentistat isibu mpjieg mal-istess kumpaniji li jkunu qed joffrulhom it-taħriġ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow