Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PERMANENTI FIL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr0233
Date Icon 14/02/2013

Persuni li fil-jiem li għaddew irċivew ħlasijiet għal xogħol ta’ superviżjoni li għamlu fl-iskejjel tal-istat u kien fihom xi nuqqasijiet, se jirċievu l-bilanċ dovut lilhom sa nhar it-Tlieta li ġej.

B’riferenza għal konferenza tal-aħbarijiet li għamlet dal-għodu l-Unjon tal-Għalliema fejn intqal li 40% ta’ dawk li kienu qed jistennew ħlasijiet ta’ superviżjoni li għamlu fix-xhur li għaddew, irċivew ħlasijiet bin-nieqes, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol qal li fil-jiem li għaddew, id-Direttur Ġenerali għas-Servizzi ta’ Appoġġ fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, kellu kuntatti kontinwi mal-MUT dwar din il-kwestjoni.

It-talbiet kollha li waslu lill-imsemmi Direttorat mill-iskejjel dwar dawn il-ħlasijiet kienu proċessati u sal-11 ta’ dan ix-xahar il-ħlasijiet dovuti, saru.  Kull ilment li sar dwar dawn il-ħlasijiet kienu verifikati u fejn instab li kien hemm żball inħareġ il-ħlas dovut fi żmien 24 siegħa.

Illum stess, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tkellem bit-telefon mal-President tal-MUT biex jara xi żbalji kien għad hemm u talbu biex jiltaqgħu dal-għodu stess fil-11.00 a.m. biex jaraw x’differenzi kien għad hemm iżda l-MUT ħasset li ma kienx hemm lok ta’ laqgħa għax il-kwestjoni kienet waħda sempliċi ta’ matematika.

Kien biss dalgħodu li l-MUT bagħtet lid-Direttur Ġenerali għas-Servizzi ta’ Appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni lista ta’ 35 ilment minn skola li minnhom 9 biss kienu ġustifikati u d-differenzi se jitħallsu sa għada stess.

Aktar tard l-MUT bagħtet seba’ listi oħra lid-Direttorat li qed jiġu verifikati u fil-fatt numru sostanzjali minnhom mhux ġustifikati.  Fil-każi l-oħra fejn kien hemm nuqqasijiet, dawn jitħallsu sa nhar it-Tlieta li ġej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow