STQARRIJA TAL-GVERN
Kuntrarju tal-Oppożizzjoni Laburista, il-Gvern iħalli l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jinvestigaw kull allegazzjoni li ssir u biex min hu responsabbli jinqabad u jħallas ta’ għemilu. Mill-banda l-oħra, l-Oppożizzjoni jew tipprova tfixkel l-investigazzjonijiet b’dikjarazzjonijiet li tagħmel jew inkella tipprova tinfluwenza lill-Pulizija biex ma jieħdux passi, kif ġie żvelat f’recording tad-deputat mexxej Laburista Dr Toni Abela.
Il-pożizzjoni tal-Gvern dejjem kienet ċara: ma hemmx kompromessi ma’ min iwettaq irregolaritajiet jew atti ta’ korruzzjoni. Għalhekk il-kabinett iddeċieda li jagħti proklama biex jiġu investigati l-allegazzjonijiet li saru dwar ix-xiri ta’ fuel, u biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa fil-Qorti. Għall-Gvern, min ikun responsabbli ta’ korruzzjoni ma hemmx rispetti miegħu, hu min hu.
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kull meta wasltilu xi informazzjoni dwar allegazzjonijiet li kienu qed isiru, dejjem għaddiha lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga.
L-Oppożizzjoni ġiet mitluba diversi drabi biex jekk għandha xi informazzjoni tmur għand il-Pulizija u ma tipproteġi lil ħadd, madanakollu l-Oppożizzjoni tippreferi li tagħmel allegazzjonijiet għal skopjiet partiġġjani u flok tgħin, tipprova tfixkel lill-Pulizija.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en