Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-GVERN

pr0198
Date Icon 10/02/2013

Il-Gvern iħabbar li l-President ta’ Malta, fuq rakkomandazzjoni tal-Kabinett, ħareġ proklama lis-Sur George Farrugia b’rabta mal-investigazzjonijiet li qed isiru mill-Pulizija dwar xiri ta’ fuel. Il-Kabinett laqa’ l-parir tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali wara li s-Sur Farrugia informa lill-Kummissarju tal-Pulizija li huwa kien lest jagħti informazzjoni jekk jingħata l-maħfra.  

Il-Proklama qed tingħata taħt dawn il-kundizzjonijiet:

• il-maħfra tgħodd biss għal reati marbuta mal-allegazzjonijiet dwar xiri ta’ fuel li setgħu seħħew qabel ma ngħatat il-maħfra;

• il-persuna li qed tingħata l-maħfra trid tgħid il-verità kollha u xejn inqas mill-verità fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija, f’kull Qorti u fi kwalunkwe inkjesta li tista’ ssir f’rabta max-xiri ta’ fuel;

• li l-persuna li qed tingħata l-maħfra titlef u tgħaddi lill-Gvern kull flus, propjetà u kull qliegħ ieħor mir-reati marbuta mal-allegazzjonijiet dwar xiri ta’ fuel.  Għalhekk fi żmien ħamest ijiem is-Sur Farrugia jrid igħaddi akkont ta’ €250,000 lill-Gvern. Jekk eventwalment jirriżulta li kien hemm aktar qliegħ ġej mir-reati marbuta mal-allegazzjonijiet dwar xiri ta’ fuel, dan għandu jiġi mgħoddi kollu lill-Gvern.

Il-Proklama tistipola bl-aktar mod ċar li jekk is-Sur George Farrugia ma jgħidx il-verità kollha u xejn inqas mill-verità  jew ma jgħaddix il-qliegħ kollu mir-reati marbuta mal-allegazzjonijiet dwar xiri ta’ fuel, il-proklama tkun awtomatikament irtirata daqs li kieku qatt ma saret.

Kopja sħiħa tal-Proklama li ġiet iffirmata llum hi mehmuża ma din l-istqarrija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow