STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA' MALTA
pr0197
10/02/2013
Il-President ta Malta, fuq parir li ngħata mill-Kabinett, u wara laqgħat li żamm fl-10 ta Frar 2013 mal-Avukat Ġenerali u mal-Kummissarju tal-Pulizija, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, skont l-Artikolu 93 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, ħareġ mandat illi bis-saħħa tiegħu tingħata maħfra kundizzjonata lil George Mario Farrugia, residenti Mosta, limitatament ma' reati konnessi max-xiri ta' prodotti taż-żejt u/jew prodotti oħra għall-użu mill-Korporazzjoni Enemalta u/jew mill-kumpaniji jew entitajiet sussidjarji, assoċjati jew aġenti tagħha.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en