Left arrow Go Back

IL-GVERN JIRIKONOXXI T-TALENTI TAL-ARTIGJANA MALTIN U GHAWDXIN

pr0193
Date Icon 09/02/2013

Il-bierah  filghaxija giet organizzata cerimonja li fiha gew rikonoxxuti r-rebbieha ta’ Gieh l-Artigjanat ghas-sena 2012, liema attività giet imtellgha mill-Ministeru ghall-Kompetizzjoni Gusta, Negozji Zghar u l-Konsumatur b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kummerc.

Ic-cerimonja kienet preseduta mill-Ministru ghall-Kompetizzjoni Gusta, Negozji Zghar u l-Konsumatur Jason Azzopardi li fid-diskors tieghu fahhar l-inizjattiva u l-interess li qed jigu ggenerati kull sena ghal din l-attività. Huwa qal li f’din it-tielet edizzjoni li qed jigu organizzati dawn l-unuri, d-Dipartiment tal-Kummerc ircieva ftit aktar minn 100 applikazzjoni minn diversi artigjana, entitajiet u negozji. Huwa tenna r-rikonoxximent li l-Gvern ghandu lejn l-artigjana u lejn min jahdem favur dan is-settur li huwa tant b’sahhtu. Qal li l-Gvern jemmen bis-shih fil-potenzjal tal-artigjana u jrid joffrilhom l-ahjar opportunitajiet sabiex ikomplu jikbru u jimirhu f’dan is-settur li tant huwa ghal qalbhom. Il-Ministru qal li fl-ahhar bagit il-Gvern alloka €145,000 sabiex ikompli jsostni s-settur tal-artigjanat lokali.  Spjega kif id-Dipartiment tal-Kummerc jorganizza diversi attivitajiet ohra fosthom Konferenzi dwar l-artigjanat, korsijiet, numru ta’ fieri, esibizzjonijiet u diversi promozzjonijiet.

Il-Ministru Azzopardi tkellem ukoll dwar l-importanza tas-sit elettroniku ddedikat ghall-artigjana, li sal–lum gibed interess kbir. Filwaqt li heggeg lill-aktar artigjana sabiex jippromwovu l-prodotti taghhom fuq dan is-sit minghajr ebda hlas, sostna li  dan il-mezz elettroniku huwa ghodda importanti u b’sahhtu li jghin lill-artigjana sabiex ikabbru il-prezenza taghhom fis-suq mhux biss fuq livell lokali u permezz ta’ hekk izidu l-kuntatti ma’ klijenti godda li jithajru jixtru l-prodotti taghhom. Huwa heggeg u inkoraggixxa lill-aktar artigjana sabiex ikomplu jippartecipaw fl-inizjattivi li jorganizza minn zmien ghal zmien id-Dipartiment tal-Kummerc ghaliex spjega li l-partecipazzjoni, l-ambizzjoni u d-determinazzjoni taghhom, jaghmlu tassew differenza fis-settur tal-artigjanat Malti li tant ahna l-Maltin kburin bih.

Fit-tliet edizzjonijiet ta’dawn l-unuri, b’kollox ippartecipaw madwa 340 artigjan u entitajiet li b’xi mod hadmu favur is-settur tal-artigjanat u li b’kollox inghataw premjijiet ta’ ftit anqas minn €350,000 jigifieri ‘il fuq minn terz ta’ miljun ewro.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, l-finalisti kollha inghataw is-somma ta’ €2000 ewro kull wiehed. B’kollox kien hemm 3 kategoriji. Fl-ewwel Kategorija bit-tema: "Xoghol ta’ Artigjanat"; kien hemm erba’ sub-kategoriji. Ir-rebbieha kienu Roberto Tweraser ghall–prodott l-aktar innovattiv minghand kompetitur gdid (Salt Pendant Lamps), Anthony Pulè ghall-prodott l-aktar innovattiv bl-uzu ta’ materjali u processi sostenibbli (Miniature Church), Kevin Attard ghall-prodott l-aktar innovattiv ta’ xoghol tradizzjonali tal-artigjanat (Il-vjolin tal-fidda) u Mary Portelli ghall-prodottt l-aktar innovattiv ta’ xoghol mhux tal-artigjanat (Blue Green Wave). Dawn ircevew is-somma ta’ €10,000 ewro kull wiehed.

It-tieni kategorija kienet dik bit-tema "Inizjattiva ta’ xoghol tal-Artigjanat" u din kienet tinkludi 3 sub-kategoriji. L-ewwel kategorija bit-tema: Tghalim u Ricerka, harget rebbieha Candice Fava, filwaqt li r-runner-up kienet Joan Haber. Fit-tieni kategorija: Kuxjenza u Promozzjoni, rebhet Ruth Frendo u fil-kategorija: Bejgh ta’ Prodotti Artigjana Maltin, rebhet Rachel Robinson. Ir-rebbieha kollha inghataw is-somma ta’ €10,000 ewro kull wiehed filwaqt li r-runner-up inghatat is-somma ta’ €5,000 ewro.

It-tielet kategorija bit-tema: "Rikonoxximent ghal Mertu", hargu rebbieha d-Dar tal-Providenza u l-Agenzija Sapport li inghataw s-somma ta’ €5,000 kull wiehed.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow