Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr0183
Date Icon 07/02/2013

Waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja d-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela pprova jiskredita x-xogħol li sar u qed isir mill-ħaddiema u l-professjonisti fir-Residenza San Vinċenz de Paul.

Ir-Residenza San Vinċenz de Paul tilqa’ 1200 klijent u tħaddem iktar minn elf ħaddiem fi gradi differenti.  Il-Gvern f’din il-leġislatura kompla jaħdem biex jisbieħu s-swali u fuq kollox saru diversi proġetti importanti fost l-oħrajn il-ftuħ tal-Blokka Ġwanni Pawlu II li taqdi l-ħtiġijiet ta’ 144 pazjent bid-dimensja.

Fir-Residenza nfetaħ ukoll night shelter barra li qed jingħata s-servizz ta’ respite centre, u activity centre għall-persuni bid-dimensja li jgħixu fil-komunità. Mill-kċina ta’ San Vinċenz jissajru kuljum 2,800 ikla u minn hemm jissajru wkoll l-ikliet tal-Meals on Wheels. Infetaħ ukoll grawnd tal-futbol li jista’ jintuża mir-residenti u l-istaff. 

Barra minn hekk jingħataw servizz ta’ Occupational Theraphy u Fiżjoterapija u servizzi oħrajn.  L-Isptar għandu wkoll servizz tat-trasport mill-Arriva Malta li ddur mar-Residenza.  Barra minn hekk twaqqfu kumitati tar-residenti u tal-qraba biex il-klijenti jkollhom leħen. 

Hu ċar li l-Oppożizzjoni ma tapprezzax il-ħidma li ssir għall-anzjani minn tant nies li ta’ kuljum jiddedikaw ħinhom biex l-anzjani tagħna jgħixu aħjar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow