Left arrow Go Back

POSSIBILTAIJIET ĠODDA GĦALL-INFERMIERA PERMEZZ TA’ FTEHIM ĠDID LI MINNU SE JGAWDI L-PAZJENT

pr0176
Date Icon 06/02/2013

Il-Ministru għas-Saħħa l-Anzjani u Kura fil-Komunità Dr Joe Cassar ħabbar li ġie milħuq ftehim mal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) li se jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-Infermiera u l-Qwiebel u li permezz tiegħu se jgawdi il-pazjent. 

Ir-riżorsa umana kienet fil-qofol tal-ħidma tal-Gvern tul dawn il-ħames snin, u dan kien prinċipju ewlieni li fuqu ġiet ibbażata ħafna mill-ħidma tal-Ministeru għas-Saħħa.  Hekk stqarr il-Ministru Cassar hekk kif ippresjeda l-iffirmar tal-ftehim mal-MUMN li ser joffri qabża oħra ta’ kwalità kemm għall-professjonist kif ukoll fil-kura li l-professjonist jipprovdi. 

Joe Cassar irringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti fil-proċess, li kien wieħed impenjattiv minħabba t-tibdil radikali li ħoloq. Dan il-fethim se jinċentiva il-professjonisti biex jispeċjalizzaw fil-qasam tagħhom filwaqt li se jippremja l-esperjenza tal-istess professjonisti. 

Dan kollu għandu jwassal għal professjonist aktar speċjalizzat u permezz ta’ dan tkun offruta kura aktar speċjalizzata lill-pazjent.  Il-Ministru Cassat saħaq li b’dan il-mod jiġi żgurat l-interess tal-pazjenti kollha li jużaw is-servizzi tas-saħħa.  Hu qal li sal-lum, biex l-infermiera u l-qwiebel jieħdu promotion, l-unika triq li kien hemm kienet dik li l-professjonist jieħu t-triq tal-management. 

Dan il-ftehim issa bidel dan kollu u fetaħ ħafna bibien ta’ opportunitajiet biex dawn iż-żewġ professjonijiet ikomplu javvanzaw.  Fil-fatt il-professjonisti se jkunu jistgħu jieħdu promotion anke jekk jixtiequ li jibqgħu jaħdmu direttament mal-pazjent.  Dan il-pass se jkun ibbażat fuq l-esperjenza u / jew fuq il-livell edukattiv. 

Il-President tal-MUMN, is-Sur Paul Pace, irringrazzja lill-Prim Ministru, lill-Ministru Joe Cassar u lill-Ministru Tonio Fenech għall-impenn tagħhom sabiex dan il-ftehim storiku seta’ jidħol fis-seħħ. Hu qal li minħabba il-bidliet radikali li dan il-ftehim ġab miegħu, id-diskussjonijiet relatati kienu twal u impenjattivi.  Hu qal li issa qed niftħu fruntieri ġodda għall-infermiera u l-qwiebel u li minn dan kollu l-aktar li se jgawdi hu propju il-pazjent. 

Is-Sur Pace qal li ħames snin ilu, l-MUMN kienet iffirmat ftehim li kien intiż biex jindirizza il-kwantità ta’ infermiera u qwiebel, iżda llum, dan il-fethim kien qiegħed jindirizza l-kwalità. 

Paul Pace qal li ż-żewġ professjonijiet evolvew matul dawn is-snin, partikolarment grazzi għall-possibiltajiet edukattivi differenti li hawn.  Għalhekk dan il-ftehim il-ġdid se jkun qiegħed jaħseb biex ikompli jsaħħaħ il-professjonijiet u l-kwalità ta’ kura pprovduta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow