Left arrow Go Back

IL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX JINVESTI €210,000 FI PROĠETTI FIL-MUNXAR U X-XLENDI

pr0166
Date Icon 04/02/2013

“Il-lokalità tal-Munxar flimkien mal-hamlet tax-Xlendi bbenefikaw minn allokazzjoni li tlaħħaq aktar minn €210,000 li permezz tagħhom ġew imwettqa diversi proġetti taħt l-iskemi tal-Ministeru għal Għawdex marbuta mal-Pjan ta’ Azzjoni EkoGħawdex 2010-2012.”

Dan qalitu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt l-inawgurazzjoni tal-proġett Valorising Heritage to improve the Gozo Tourism Product li kien koordinat mill-għaqda Inħobbu lil Munxar u x-Xlendi u ġie mwettaq b’għajnuna finanzjarja mill-Ministeru għal Għawdex permezz tal-iskema ta’ ekoGħawdex għall-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin. Dan il-proġett kien jinkludi l-pubblikazzjoni ta’ 5000 kopja ta’ ktejjeb, li jinkludi ritratti u informazzjoni dwar il-Munxar u x-Xlendi u b’hekk jista’ jintuża bħala gwida waqt mixjiet fl-inħawi rurali ta’ din il-lokalità. Ġew prodotti wkoll 3,000 kopja ta’  dokumentarju fuq DVD li jittratta l-kultura u l-wirt storiku li wieħed għadu jista’ jsib fil-Munxar u x-Xlendi. Hu maħsub li dan id-dokumentarju jkun aċċessibbli wkoll minn fuq sit elettroniku li ser ikun imniedi mill-istess għaqda. Il-proġett kien jinkludi wkoll l-istallazzjoni ta’ 25 information panel f’siti importanti fil-Munxar u x-Xlendi, kif ukoll it-twaqqif ta’ żewġ interactive kiosks li jipprovdu  informazzjoni għat-turisti li jżuru dawn l-inħawi. Bħala parti mill-proġett, saret ukoll kampanja ta’ reklamar fuq l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni, li damet għaddejja għaxar ġimgħat.

Il-Ministru Giovanna Debono qalet li filwaqt li kompla jagħti valur lil karatteristiċi partikolari li wieħed għadu jista’ jsib fil-Munxar u fix-Xlendi, dan il-proġett ser jiswa wkoll biex ikun apprezzat aktar dak kollu li jagħti identità distinta lill-gżira ta’ Għawdex. Ser ikompli jtejjeb ukoll l-esperjenza ta’ dawk kollha li jżuru dawn l-inħawi fil-gżira ta’ Għawdex. Hija qalet li dan huwa biss wieħed minn numru ta’ proġetti li twettqu minn Għaqdiet mhux Governattivi, il-Kunsill Lokali kif ukoll mill-Kumitat Amministrattiv tax-Xlendi.

Dawn jinkludu l-proġett li qed jitwettaq mill-Kunsill Lokali tal-Munxar li ser jagħmel żona pedonali fil-pjazza ewlenija tal-lokalità kif ukoll proġett ieħor marbut mat-tisbiħ ta’ nħawi turistiċi li jikkumplimentaw is-sbuħija naturali tax-Xlendi, bir-riabilitazzjoni tal-promenade li tinsab taħt Triq Xmun li twettaq mil-Kumitat Amministrattiv tax-Xlendi. Gruppi oħra, kemm il-klabb tal-futbol, dak tal-boċċi u l-grupp katekisti u l-kor, wettqu proġetti li bihom ser ikun possibbli li fiċ-ċentri tagħhom jaħżnu aktar ilma tax-xita, u jistallaw bozoz li jaħlu inqas enerġija.

Permezz tal-iskemi ta’ EkoGħawdex għall-Kunsilli Lokali, Kumitati Amministrattivi u Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin, ġew imwettqa 53 proġett fil-lokalitajiet madwar Għawdex li bejniethom ħadu għajnuna li tlaħħaq madwar €2.5 miljun.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow