STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
pr0163
04/02/2013
Dott. Muscat jerġa’ jiżbalja
Is-servizz ta’ twassil ta’ mediċini lill-anzjani fi djarhom diġà jeżisti
Is-servizz li semma Dott. Muscat li l-anzjani u l-persuni b’diżabilità jkollhom il-mediċina mwassla d-dar tagħhom diġà jeżisti. Dan is-servizz diġà qiegħed jingħata permezz tal-Homehelp.
Wieħed mis-servizzi li daħħal Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu s-servizz tal-Homehelp li permezz tiegħu carers imorru jgħinu lill-anzjani u persuni b’diżabbilità f’darhom u jgħinuhom fil-qadi li jkollhom bżonn inkluż billi jiġbrulhom il-mediċini mill-ispiżerija u jeħdulhielhom id-dar tagħhom.
Hu ċar li anki dwar din, Dott. Muscat wera li ma jafx x’inhu jiġri u żbalja.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en