Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-GVERN

pr0109
Date Icon 24/01/2013

Wara li saret riċerka, qed jiġu koreġuti skorretezzi fir-rapport dwar l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni imxandra fil-Malta Today tal-bieraħ.

Ma jirriżultax li fl-2003 il-Kummissjoni investigat allegazzjonijiet kontra s-Sur Frank Sammut.

Jirriżulta li fl-1993 saret allegazzjoni anonima fil-konfront tas-Sur Sammut b’rabta max-xiri taż-żejt.  Din ġiet investigata mill-Kummissjoni presjeduta mill-ex Imħallef Victor Borġ Costanzi (u mhux l-Imħallef Victor Caruana Colombo kif indikat fir-rapport imxandar). L-investigazzjoni kkonkludiet li ma "ssib ebda ħjiel li jipprova li dak li jingħad f'din l-ittra ġara fil-fatt". 

Ir-rapport tal-Kummissjoni (Rapport 54) huwa pubbliku u kien preżentat fil-Parlament mill-Ministru Joe Fenech, bħala Ministru responsabbli mill-Ġustizzja, fit-18 ta’ Jannar 1994.

Fl-1999 saru żewġ rapporti (Rapporti 125 u 126) in konnessjoni ma' tender b’konnessjoni mal-MOBC.  Dawn ġew investigati mill-Kummissjoni presjeduta mill-ex Imħallef Albert Manche. Fiż-żewġ każi kien konkluż li l-allegazzjoni kienet infondata.  Dawn iż-żewġ rapporti wkoll ġew pubblikati fil-Parlament mill-Ministru Austin Gatt, bħala Ministru responsabbli mill-Ġustizzja, fis-27 ta’ Lulju 1999.

Dawn ir-rapporti qed jerġgħu ikunu pubblikati ma’ din l-istqarrija.

Rapport 54.pdfRapport 54.pdf

Rapport 125.pdfRapport 125.pdf

Rapport 126.pdfRapport 126.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow