Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr0106
Date Icon 23/01/2013

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiċħad rapport fil-Malta Today

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiċħad rapport fil-Malta Today on line li l-Prim Ministru “kkonferma li l-Kummisjoni Ewropea se tressaq lill-Malta quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja” dwar l-emissjonijiet mill-power station tal-Marsa.  Ir-rapport ma jirriflettix dak li qal il-Prim Ministru jew il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li dwarha huwa informat il-Gvern Malti.

Fil-fatt is-sitwazzjoni għadha l-istess għal dik spjegata fi Stqarrija għall-Istampa 1393 (21 ta’ Ġunju 2012) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.  L-unika differenza hija li l-Gvern wieġeb għar-Reasoned Opinion tal-Kummissjoni Ewropea fil-21 ta’ Awissu 2012.  Il-Gvern Malti mhux informat li hemm deċiżjoni li l-Kummissjoni Ewropea se tressaq il-kaz quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Dan huwa transcript tar-risposta tal-Prim Ministru lill-ġurnalist tal-Malta Today illum.

“Dwar l-ewwel mistoqsija, iva hija informazzjoni pubblika li l-Kummissjoni Ewropea qaltilna illi l-Power Station tal-Marsa trid tagħlaq.  U aħna ma qagħadniex inħarsu lejn il-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri hekk ridna nagħmlu.  Anzi huwa l-pjan, oġġettiv primarju b’urġenza li rridu nagħmlu f’pajjiżna.  Pero ma tistax tagħlaq il-Power Station tal-Marsa jekk m’għandekx f’postha l-alternattiva.  U l-alternattiva hija l-cable.  U biex isir il-cable nistgħu nitkellmu kemm irridu, nistgħu ngħidu li fi żmien sentejn nistgħu nagħmlu cable.  Il-verita trid toħroġ it-tenders, trid tistenna sakemm isiru x-xogħolijiet, trid tiftiehem mal-Gvern Taljan, trid tasal li l-Gvern Taljan u Sqallija jagħmlu l-proċeduri tagħhom.  Huma għandhom il-proċeduri li wieħed bilfors irid isegwihom u kollox jieħu ż-żmien tiegħu.  Aħna lill-Kummissjoni Ewropea għidnilha, isma ż-żmien dam iżjed milli xtaqna aħna, xtaqna nagħmluh qabel, pero dam iżjed għal ċirkostanzi li ma kinux fil-kontroll tagħna.  Imma iva, nikkonferma li l-Kummissjoni Ewropea qalet li se tieħu passi kontra tagħna.  It-tama tagħna hi li dawn il-passi ma jibdewx, jistennew ftit ieħor ħalli sal-aħħar jew bidu tas-sena 2014, għax il-cable jkun qed jaħdem. Pero ħa niftehmu, irridu l-cable jaħdem primarjament għax huwa vantaġġ għall-pajjiżna u għax fl-aħħar mill-aħħar mingħajru ma nistgħux, ma jistgħux jittieħdu ebda inizzjattiva oħra, ta’ ħadd. La tagħna, la ta’ min qed joħlom bi proposti, anke jekk huma l-aktar proposti bla sens.  Ma jistgħux isiru mingħajr il-cable f’postu.  U l-cable huwa proġett li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, beda mill-bidu nett ta’ din il-leġiżlatura jaħdem ta’ vera fuqu inkluż li kellu jsib fondi li jitilgħu mal-200 miljun Ewro prattikament, b’investiment b’persentaġġ relattivament żgħir tal-Unjoni Ewropea pero li għena biex jagħmel il-proġett kollu feasable.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow