Left arrow Go Back

L-2012 KIENET SENA REKORD GĦALL-INDUSTRIJA TAL-CRUISE LINERS

pr0098
Date Icon 22/01/2013

Is-sena li għaddiet ġew Malta 608,786 passiġġier abbord cruise liner

Fl-2012 ġew Malta numru rekord ta’ passiġġieri abbord cruise liners. L-istatistika ppublikata llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li s-sena li għaddiet ġew Malta 608,786 passiġġier. Dan huwa l-ogħla numru ta’ passiġieri qatt reġistrat u jfisser żieda ta’ 52,222 passiġġier fuq l-2011 li wkoll kienet sena rekord. Hu stmat li kull passiġġier li jiġi f’pajjiżna bi cruise liner jonfoq minn tal-inqas €60 waqt iż-żjara tiegħu f’Malta. Għalhekk is-sena li għaddiet hu stmat li l-passiġġieri tal-cruise liners nefqu f’pajjiżna minn tal-inqas €36.5 miljun. Din in-nefqa tfisser kummerċ għal diversi ħwienet, mużewijiet, cafeterias, ristoranti u negozji oħra u tissarraf fil-ħolqien ta’ aktar impjiegi u tisħiħ tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Dan filwaqt li xi wħud mill-passiġġieri jirritornaw bħala repeat visitors u għalhekk din l-industrija tikkontribwixxi wkoll lejn it-tisħiħ tas-settur turistiku ta’ pajjiżna.

L-istatistika tal-NSO turi wkoll li f’Diċembru 2012 ġew Malta 18,156 passiġġier li jfisser żieda ta’ 2,419 passiġġier fuq Diċembru 2011.

Dawn ir-riżultati huma riżultat tal-politika għaqlija li qed iwettaq il-Gvern għas-settur turistiku flimkien mal-operaturi attivi f’dan is-settur.

Fl-aħħar snin il-Gvern għamel investiment għal titjib infrastrutturali marbut mal-industrija tal-cruise liners. Fl-aħħar ġimgħat beda is-servizz tal-ferry mill-Cottonera sax-Xatt ta’ Lascaris biex imbagħad wieħed jkun jista’ jitla’ saċ-ċentru tal-Belt bil-Lift tal-Barrakka. Dan għalhekk jgħin ukoll l-aċċessibilità għall-passiġġieri tal-cruise liners lejn il-Belt Valletta u lejn it-tlett ibliet.

Ir-riżultati f’din l-industrija huma wkoll frott tal-koperazzjoni ta’ diversi stakeholders. Fost l-inizjattivi li kienu jeħtieġu l-koperazzjoni ta’ stakeholders fl-industrija hemm is-servizz ta’ homeporting ta’ TUI cruises li beda f’Mejju 2011 u kien ġie kkonfermat għas-sajf tal-2012 u l-2013. Dan wassal biex minbarra li jkollna passiġġieri li jiġu abbord cruise liner u jqattgħu  ftit sigħat f’pajjiżna, qed ikun hawn numru ta’ persuni li jiġu permezz ta’ titjira mill-Ġermanja biex jibdew vaganza bi cruise minn  Malta.

Il-Gvern, b’impenn wettaq politika għaqlija li qed iġġib riżultati pożittivi għal pajjiżna u li qed jissarfu f’aktar kummerċ u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi. Il-Gvern qed iwettaq l-inizjattivi fil-Politika tat-Turiżmu(2012-2016) li toffri d-direzzjoni għat-tisħiħ tas-settur tal-cruise liners biex fis-snin li ġejjin, b’kooperazzjoni mal-istakeholders tibqa’ titwettaq politika li ssaħħaħ is-settur turistiku u l-ekonomija ta’ pajjiżna li fl-aħħarnett jissarrfu fi kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow