Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr0093
Date Icon 22/01/2013

ELEZZJONIJIET ĠENERALI U TAL-KUNSILLI LOKALI 2013

Tqassim ta’ dokumenti għall-votazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-eletturi kollha ta’ Malta u Għawdex li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat,  jiġifieri dak tat-12 ta’ Jannar, 2013,  suġġett għal żidiet,  tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Revizur, illi uffiċjali tal-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti għall-votazzjoni minn nhar il-Ħamis, 24 ta’ Jannar, 2013.  It-tqassim ser isir bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m., u d-9.00 p.m.,  fil-jiem kollha tal-ġimgħa  (inkluż is-Sibtijiet u l-Ħdud)  sa nhar  il-Ħadd, is-17 ta’ Frar, 2013.

Għaldaqstant huwa ta’ ħtieġa kbira li fid-dar ikun hemm xi persuna responsabbli u li ma tkunx taħt it-18-il sena biex  tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni.   Il-ligi elettorali tippermetti li rappreżentanti tal-partiti politiċi jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt it-tqassim ta’ dawn id-dokumenti.   Dawn se jkunu provduti b’Biljett ta’ Awtorizzazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali sabiex jintwera meta jkun hemm il-ħtieġa.

Id-dokument għall-votazzjoni għandu jinzamm f’post fejn wieħed isibu għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota f’jum il-votazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow