POSTIJIET KOMDI GĦALL-WENS MATUL IL-LEJL
In-night shelters joffru kenn u wens għal matul il-lejl għall-anzjani tagħna. Wara s-suċċess tan-night shelters taż-Żejtun u l-Mellieħa, il-Gvern fetaħ it-tielet night shelter fir-Residenza San Vinċenz de Paul, f’Ħal Luqa.
Is-servizz fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paul kompla jitjieb għax ir-residenti tan-night shelter qed ikollhom ukoll it-trasport minn darhom għan-night shelter u viċiversa. Carer qed jagħti l-asssitenza tiegħu lill-anzjani li juzaw dan is-servizz.
L-anzjani li jużaw dawn il-postijiet għandhom kamra tas-sodda għalihom, kamra tal-banju, kċina, living room, u fil-każ ta’ San Vinċenz de Paul hemm ukoll terrazzin. Kull anzjan li juża dawn in-night shelters jieħu l-breakfast hemm. Filgħaxija, l-anzjani jistgħu jinġabru u joqogħdu jitkellmu ftit bejniethom jew jaraw it-televixin flimkien.
F’kull ħin ta’ matul il-lejl fin-night shelter ikun hemm membru tal-istaff. Kull sodda fiha nurse call button.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en