STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Illum l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġie infurmat li azzjoni amministrattiva setgħet b’xi mod tikkomprometti l-proċess ta’ għażla għall-posizzjonijiet ta’ Supervisor Korrettiv u Senior Correctional Officer fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Malli l-Uffiċċju tal-Prim Ministru sar jaf b’dan, ħa l-passi minnufih sabiex iwaqqaf il-proċess tal-għażla ta’ dawn iż-żewġ sejħiet. B’dan il-mod qiegħed jiġi assigurat li minkejja li s’issa l-eżerċizzju kien wieħed li mexa bi sħiħ b’mod ġust u imparzjali, skont ir-regoli tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, l-istess proċess ma’ jiġix ivvizjat minn kwalunkwe dubbju li jista’ jkun hemm.
Fil-frattemp qegħdin jittieħdu passi amministrattivi sabiex il-proċess tal-għazla jitkompla mill-aktar fiss.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en