Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr0067
Date Icon 17/01/2013

Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Kunsilli Lokali 2013 – Votazzjoni għal dawk li ser ikunu msifrin  f’jum il-votazzjoni – 9 ta’ Marzu, 2013

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li ser ikunu msiefra f’jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, id-9 ta’ Marzu, 2013,  illi huma jkunu jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem il-Kummissjonarji Elettorali sabiex ikunu jistgħu jivvotaw nhar is-Sibt, it-2 ta’ Marzu, 2013.    Din id-dikjarazzjoni bil-ġurament għandha ssir fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali,  Evans Building,  Misraħ Sant’Jiermu,  Valletta,  jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’,  Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex,  minn nhar it-Tnejn, 21 ta’ Jannar,  sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa,  l-1 ta’ Marzu, 2013,  skont il-ħinijiet murija hawn taħt:

Mit-Tnejn  sal-Ġimgha: mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m.

Sibtijiet:                                    mit-8.00 a.m. sal-10.30 a.m.

Wara d-9 ta’ Frar,  2013,  jitħabbru ġranet u ħinijiet itwal. 

Importanti li l-persuna tieħu l-karta tal-identita’ tagħha meta tmur tagħmel id-dikjarazzjoni bil-ġurament u li,  fid-data tal-votazzjoni antiċipata (02/03/2013) tkun fil-pussess tad-dokument tal-votazzjoni tagħha,  għax mingħajru,  ħadd ma jitħalla jivvota.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow