FTEHIM BIEX IS-SAJJIEDA JINGĦATAW SA 80% LURA TAL-POLZA TAL-ASSIGURAZZJONI
pr0046
14/01/2013
Illum ġie ffirmat il-ftehim milħuq ftit tax-xhur ilu bejn il-Gvern u l-Koperattivi tas-Sajjieda, fejn il-Koperattiva tas-Sajd ser tkun qed tiffirma polza ta’ Assigurazzjoni ma’ kumpanija privata biex is-sajjieda jkunu jistgħu jassiguraw il-bastimenti tagħhom. Bil-ftehim li ntlaħaq il-Gvern ser ikun qed jagħti għajnuna fuq medda ta’ tliet snin b’effett mill-1 ta’ Mejju 2013 biex din il-polza ta’ Assigurazzjoni tidħol fis-seħħ.
Minn din l-għajnuna ser ikunu jistgħu jibbenefikaw aktar minn 1,000 bastiment fil-kategorija professjonali MFA u MFB’s. B’hekk għat-3 snin li ġejjin is-sajjieda jistgħu jserħu moħħhom li se jsibu min ser joffrilom polza tal-assigurazzjoni fuq il-bastimenti tagħhom b’80% tal-ispiża mħallsa mill-Gvern
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en