IS-SINJURA MARGARET ABELA TNEDI L-ATTIVITÀ TAL-FESTA TAĊ-ĊITRU
Is-Sinjura Margaret Abela flimkien mal-istudenti minn diversi kulleġġi nedit l-attività tal-festa taċ-ċitru fil-ġnien taċ-ċitru li jinsab fil-Palazz ta’ San Anton
Il-ġnien taċ-ċitru jikkonsisti f’madwar 600 mitt siġra u llum ġiet organizzata attività bi preparazzjoni tal-Festa taċ-Ċitru li ssir fil-Palazz ta’ San Anton. L-istudenti kellhom l-opportunità li jgħinu fil-qtugħ tal-larinġ li beda llum fil-ġnien taċ-Ċitru. Ingħataw spjegazzjoni dwar il-proċess u wara xorbu tazza larinġ magħsur.
Din hija ir-raba’ sena li l-Malta Community Chest Fund qed torganizza l-Festa taċ-Ċitru u s-Sinjura Abela spjegat li l-Festa taċ-Ċitru daħlet fil-kalendarju tal-attivitajiet fejn il-larinġ, il-mandolin, lumi u l-larinġ tal-bakaljaw jinqata’ kollu u jinbiegħ fl-attività li ssir nhar il-Ħadd 20 ta’ Jannar. Din l-attività li ssir fil-ġonna privati tal-Palazz ta’ San Anton tibda fl-għaxra ta’ filgħodu sal-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Il-pubbliku li jattendi jkun jista’ jixtri l-larinġ u wkoll jkun jista’ jdur mal-ġonna privati kif ukoll il-ġnien taċ-ċitru li jinfetħu għal din l-okkażjoni. Il-Kċina tal-Palazz ta’ San Anton se tipprepara ikel u wkoll muffins bil-larinġ u l-lumi. Se jkun hemm stands li jbiegħu kejkijiet tal-larinġ u l-lumi u wkoll vażetti tal-marmalades fost ħafna affarijiet oħra. Se jkun hemm wkoll diversi stands fosthom ibiegħu siġar żgħar tal-larinġ u l-lumi.
Matul il-ġurnata se jkun hemm attivitajiet għat-tfal fil-ġonna kif wkoll varjetà fuq il-palk prinċipali.
Il-qliegħ mill-attività se jmur b’risq Puttinu Cares Foundation fil-fatt għall-attività ta’ dalgħodu kien preżenti Dott Victor Calvagna, President ta’ Puttinu Cares fejn esprima r-ringrazzjamenti tiegħu għal dan il-ġest tal-Malta Community Chest Fund li se jkompli jmur favur il-ħidma tal-appartamenti ġewwa Sutton.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en