STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Il-President ta’ Malta Dott. George Abela rċieva għandu fil-Palazz tal-Belt Valletta, illum 7 ta’ Jannar 2013, lill-Onor. Dott. Lawrence Gonzi, Prim Ministru ta’ Malta.
Il-President ta’ Malta fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu bis-subartikoli (1) u (5) tal-artikolu 76 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, avża u pproklama illi il-Parlament ta’ Malta jkun xolt u ġie xolt mis-7 ta’ Jannar 2013.
Il-President ta’ Malta, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu bis-setgħa tal-artikolu 77 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, avża u pproklama illi qed jistabbilixxi d-9 ta’ Marzu 2013 bħala ż-żmien meta għandha tinżamm Elezzjoni Ġenerali tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati.
Il-President ta’ Malta rċieva wkoll illum fil-Palazz tal-Belt Valletta lis-Sur Saviour Gauci, bħala Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, u permezz ta’ writ, a tenur tal-Att tal-1991 dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, inkariga lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, is-Sur Saviour Gauci, u lil Dott. Joseph Mary Buttigieg, is-Sur Mario Callus, is-Sur Vanni Ganado, is-Sur Salvu Sant, is-Sur Joseph Scicluna, is-Sur Tony Sultana, Dott. Raymond Zammit u Dott. Joe Zammit Maempel, bħala Kummissjonarji Elettorali biex jieħdu ħsieb li ssir elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati skont il-Liġi għall-Ewwel, it-Tieni, it-Tielet, ir-Raba’, il-Ħames, is-Sitt, is-Seba’, it-Tmien, id-Disa’, l-Għaxar, il-Ħdax, it-Tnax u t-Tlettax id-Distrett Elettorali.
Il-President ta’ Malta informa lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati b’dawn l-iżviluppi.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en