Left arrow Go Back

IL-KUNĊERTI TAL-EWWEL TAS-SENA U L-EPIFANIJA FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL

pr0011
Date Icon 04/01/2013

L-Orchestra Riviera dei Ciclopi tat kunċert fir-Residenza San Vinċenz de Paul, nhar il-Erbgha 2 ta’ Jannar 2013. 

Iż-żjara ta’ din l-orkestra, magħmulha minn 60 mużiċista, kienet possibli permezz tal-Kavallieri ta’ San Lazzru ta’ Malta. 

Din hija t-tielet attività li qed issir flimkien mal-Kavallieri ta’ San Lazzru. Ftit tal-ġimghat ilu sar kunċert ieħor minn korijiet li ġejjin minn diversi reġjuni fl-Italja, kif ukoll proġett mal-Girl Guides ta’ Malta.

L-Orchestra Riviera dei Ciclopi kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast William D’Arrigo. Din l-orkestra rebħet l-10 edizzjoni tal-Folk Festival Internazzjonali ta’ Malta.  Numru sabiħ ta’ residenti attendew għal dan il-kunċert, flimkien mal-qraba u l-ħbieb.

Il-Joy Gospel Singers se jagħtu kunċert fit-Teatru tar-Residenza San Vinċenz de Paul nhar l-Epifanija, fis-6 ta’ Jannar 2013 fis-6pm.  Dan il-kor kanta f’diversi pajjiżi, fosthom l-Italja.   

Dawn l-attivitajiet fir-Residenza San Vinċenz de Paul itejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti, kif ukoll jikkumplimentaw in-numru ta’ servizzi li jingħataw. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow