AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Kunsilli Lokali 2013 – Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali u persuni li jgħoddu, jissorveljaw u jikkalkolaw
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni li isimhom se jidher fir-Reġistru Elettorali, li se jkun ippubblikat dan ix-xahar, sabiex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew bħala persuni li jgħoddu, persuni li jissorveljaw u persuni li jikkalkolaw għal waqt l-għadd tal-voti fl-Elezzjonijiet Ġenerali u fl-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li jmiss. Min japplika jrid ikun dispost li jattendi sessjonijiet ta’ struzzjonijiet mill-Kummissjoni Elettorali.
L-applikazzjonijiet fuq il-formoli preskritti jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali fl-Uffiċċju tagħha, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, il-Belt Valletta, mit-Tnejn 7, sal-Ġimgħa 11 ta’ Jannar 2013, mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m. u nhar is-Sibt 12 Jannar, 2013, mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. Persuni Għawdxin jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, Għawdex. Il-formoli tal-applikazzjonijiet, li huma dawk biss aċċettabbli, jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali fl-istess ġranet u ħinijiet jew mill-website tal-Kummissjoni Elettorali www.electoral.gov.mt .
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en